Reference: 13/2001/1

Judgement Details


Date
20/02/2003
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
SPITERI DOMENICO SAVIO SIVE SAVIO ET vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DECIZJONI LI RIKORS KOSTITUZZJONALI HUWA FRIVOLU JEW VESSATORJU MHIX APPELLABBLI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, RITRATTAZZJONI TA` SENTENZA TA` QORTI TA` GURISDIZZJONI KOSTITUZZJONALI - RITRATTAZZJONI, SENTENZA TA` QORTI TA` GURISDIZZJONI KOSTITUZZJONALI
Summary
L-argument ta' kemm jista' jsir smigh mill-gdid ta' kwestjoni ta' natura kostituzzjonali giet decizamill-Qrati taghna. Ghalkemm kien hemm xi okkazjonijiet fejn il-Qrati dehru li kienu mhajrin jaccettaw ritrattazzjoni ta' decizjonijiet kostituzzjonali, jidher li llum il-linja l-izjed milqugha u segwita mill-oghla Qrati Maltin hi fis-sens li dak l-istitut ta' natura eccezzjonali fid-Dritt Procedurali Malti ma kienx jista' jestendi ghal proceduri mehudin ghal rimedju dwar allegat ksur ta' jedd fondamentali mahsub taht il-Kapitolu IV tal-Kostituzzjoni jew taht id-dispozizzjonijiet tal-Kapitolu 319 tal-Ligijiet ta' Malta. Dan il-principju jghodd izjed meta t-talba ghal ritrattazzjoni tkun tirrigwarda allegazzjoni ta' ksur ta' dritt fondamentali dwar nuqqas ta' smigh xieraq marbut ma' talba ghal rikuza tal-gudikant f'kawza li tkun tidher li saret biss jew principalment biex ittawwal il-mixi'l quddiem ta' dik il-kawza partikolari.

Ma tista' titqanqal l-ebda procedura li biha l-fehmatal-Qorti li rikors ghal rimedju ta' natura kostituzzjonali jitqies fieragh tista' tigi attakkata jew appellata. Dan tipprovdih l-oghla ligi tal-pajjiz u japplika wkoll jekk, minhabba fehma bhal dik, persuna tista' thoss li garrbet dak li thoss li huwa ksur tal-jedd ghal smigh xieraq.

Apparti li r-regola li ma jezistix appell minn decizjoni bhal dik hija wahda li nghatat mill-Qrati taghnatifsira u applikazzjoni litterali u kwazi assoluta, ic-cirkostanzi fejn Qorti tat-tieni grad tista'tikkunsidra jekk hux tassew li t-talba kienet wahda fiergha jew/u li ddejjaq huma tassew limitati.Biex dan jista' jsir, irid ikun hemm cirkostanzi serji u gravi li jolqtu drittijiet u libertajiet fondamentali. Dan lanqas ma jfisser li l-fatt wahdu li Qorti tkun qieset fit-tul u fil-qofol il-materja milquta mit-talba u mbaghad tiddikjara dik it-talba bhala wahda fiergha jew li ddejjaq igib dikis-sentenza bhala wahda kontradittorja jew awtomatikament sindakabbli minn qorti tat-tieni grad.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info