Reference: 470/1991/1

Judgement Details


Date
17/02/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Parties
AZZOPARDI CECIL ET vs MONTALTO JOSEPHINE NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - INDICI TAL-GHOLI TAL-HAJJA SABIEX JIGI STABILIT KERA GUST - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - KONDIZZJONIJIET GHANDHOM JIGU VALUTATI SKOND IN-NATURA TAL-KIRJA - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - KONDIZZJONIJIET GUSTI - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - KONDIZZJONIJIET LI JKUNU JRIDU JPATTU GHAL KERA BAXX - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - MUMENT TAL-VALUTAZZJONI TAL-KONDIZZJONIJIET
Summary
L-Artikolu 1530 huwa eccezzjoni ghar-regola kontenuta fl-Art. 1001 tal-Kodici Civili illi "Il-kuntratti ghandhom effett bejn il-partijiet li jikkuntrattaw biss, u ma jistghux ikunu ta' hsara jew ta' gid ghal haddiehor, hlief fil-fazijiet li tghid il-ligi."

L-enfitewta temporanju li jiddeciedili jikri lil terzi il-fond kummercjali fil-kors tal-enfitewsi temporanji m'ghandux jahseb ghal rasubiss, izda, bhala "bonus paterfamilias", u konxju mill-fatt li dak li jistipula hu, jista' jorbot ghal hafna snin lid-direttarju wara l-konsolidazzjoni, l-istess enfitewta ghandu juza id-diligenza kollha biex jimponi kondizzjonijiet li mhux biss ikunu gusti ghalih, izda wkoll verament gusti ghas-sid.

Fil-valutazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-kirja wiehed kellu jhares lejn il-mument li fuh tkun saret il-kirja u mhux lejn il-mument tal-konsolidazzjoni.

F'din is-sentenza gie wkoll trattat dibattitu li qam dwar il-kriterju li kellu jintuza sabiex jigi valutat jekk il-quantum tal-kerakienx wiehed gust. Gew proposti zewg tezijiet divergenti. Wahda kienet tuza test oggettiv billi tohloq paragun tal-ammont tac-cens ma dak tal-kera b'referenza ghaz-zieda fl-indici ta' l-inflazzjoni li jinsab fl-Iskeda tal-Att XXIII tal-1979, kif aggornat bl-avvizi legali relattivi ta' kull sena. It-tezi l-ohra kienet bazata fuq test soggettiv bazat jekk mhux il-valur tas-suq, fuq il-valur ta' dakil-fond partikolari x'kien jiswa fiz-zmien tal-lokazzjoni.

Il-Qorti ta' l-Appell ikkonkludiet illi biex wiehed jistabilixxi il-valur lokatizzju ta' fond partikolari, il-prezz tas-suq huwa wiehed mill-fatturi li l-gudikant ghandu dejjem izomm quddiem ghajnejh biex jiddeciedi jekk lokazzjoni saritx b'kera gusta jew le. Hi ma accettax it-test oggettiv bhala validu.

Fil-maggoranza tal-kirjiet kummercjali jkun hemm restrizzjonijiet fuq in-natura ta' l-attivata` kummercjali li tista' tigi gestita fil-fond, kif ukoll fuq id-dritt ta' sullokazzjoni jew it-twellija. Meta dawn ikunu permessi, l-prattika hija li jkun hemm korrispettiv adegwat ghas-sid. Fin-nuqqas ma jkunx jista' jinghadli l-kirja tkun saret taht kondizzjonijiet gusti.

Ara wkoll sentenza fl-ismijiet Bugeja v. Lantieri (ACIV - 669/91 - Dec. 4/4/2001).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info