Referenza: 2998/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/02/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
APS BANK LTD vs COLCAM INTERNATIONAL MARKETING ASS. LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
GARANZIJA, DRITT TA` RIVALSA TA` GARANTI SOLIDALI LI JHALLAS ID-DEJN GARANTIT - GARANZIJA, IL-GARANTI SOLIDALI MA JISTAX JECCEPIXXI L-ESKUSSJONI TAD-DEBITUR
Fil-Qosor
Fil-kaz ta` garanti in solidum cjoe' joint and several il-konsegwenza hija illi l-garanti in solidumfit-termini ta' l-artikolu 1935 (b) tal-Kodici Civili huwa fl-istess posizzjoni tad-debitur u ma jistax jitlob jew jopponi l-eccezzjoni ta' l-eskussjoni jew il-beneficcju tad-divizjoni. In fatti l-effetti tal-garanzija solidali principalment jirrisolvu ruhhom proprju f'dan bil-konsegwenza illi l-kreditur huwa moghti d-dritt illi jagixxi direttament kontra l-garanti solidali minghajr il-htiega liqabel jagixxi kontra d-debitur principali jew li jirrikorri ghall-eskussjoni jew ghad-divizjoni tal-beni qabel ma jkun jista' jagixxi kontra l-garanti solidali.

Ovvjament l-istess garanti li jhallas id-dejn ghandu dritt ta' regress kontra l-garanti solidali l-ohra ghall-sehemhom skond l-artikolu 1949 u anke kontra d-debitur principali skond l-artikolu 1942, pero' dan huwa mertu ta' azzjonidifferent minn dak tal-kawza li biha l-kreditur jitlob il-hlas ta` dak dovut lilu. Id-dritt ta' regress tal-konvenuta meta u jekk ha thallas id-dejn jitratta dwar ir-relazzjoni interna bejn l-istessgaranti solidali u d-debitur principali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni