eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 1133/1998/2
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
07/02/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCICLUNA DAVID
Partijiet
VELLA JOSEPH PAUL PRO ET NOE vs SPITERI RAYMOND ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
VELLA JOSEPH PAUL PRO ET NOE vs SPITERI RAYMOND ET - 1133/1998/2 - TAL-APPELLI CIVILI (INFERJURI), MALTA
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
RITRATTAZZJONI, APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - RITRATTAZZJONI, RIMEDJU STRAORDINARJU
Fil-Qosor
Ir-rimedju ta' ritrattazzjoni huwa wiehed ta' natura straordinarja, u l-kazijiet li fihom jista' jinghata dana r-rimedju ghandhom jigu interpretati ristrettivament.
Il-procedura ta' ritrattazzjoni ma kienet qatt intiza, u ghalhekk m'ghandhiex tintuza, sabiex ikun hemm forma ta' tribunal tat-tielet istanza b'ezami mill-gdid tal-kawza fil-meritu.
Kawza deciza b'sentenza moghtija fi grad ta' appell tista', fuq talba ta' wahda mill-partijiet li jkollha interess, tigi ritrattata, wara li qabel xejn tigi mhassra dik is-sentenza, jekk is-sentenza tkun applikat il-ligi hazin.
Jitqies li kien hemm applikazzjoni hazina tal-ligi, fil-kaz biss li d-decizjoni, meta l-fatt kien tassewkif stabbilit fis-sentenza attakkata, ma tkunx skond il-ligi, basta li l-kwistjoni ma tkunx dwar interpretazzjoni ta' ligi, li fuqha l-qorti tkun espressament tat decizjoni.
Huwa pacifiku fil-gurisprudenza illi biex il-Qorti tiddeciedi jekk ikunx hemm jew le applikazzjoni hazina tal-ligi maghandhomx jigu ezaminati u valutati l-fatti tal-kawza, u anqas jistghu dawn jergghu jigu nterpretati; ikun hemm interpretazzjoni hazina tal-ligi skond l-imsemmija disposizzjoni biss meta ma tkunx gietapplikata l-ligi gusta ossia korretta ghall-fatti kif interpretati. Fi kliem iehor l-ipotesi ta' applikazzjoni hazina tal-ligi tikkonkreta ruhha meta jkun hemm vjolazzjoni manifesta tal-ligi, espressa u cara, u mhux suggetta ghal interpretazzjoni, razzjocinji jew argumenti.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta