Reference: 941/1995/2

Judgement Details


Date
31/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SAMMUT JOHN vs SAMMUT EMENUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET LI JISTGHU JIGU KONSIDERATI MILL-QORTI - ACTIO SPOLII, LIEMA TIPI TA` PUSSESS HUMA PROTETTI - ACTIO SPOLII, MA TISTAX TINGHATA L-ECCEZZJONI LI L-ISPOLJAT GHANDU MOGHDIJIET OHRA MINN FEJN JGHADDI - ACTIO SPOLII, PASSAGG LI JIGI OSTAKOLAT - ACTIO SPOLII, VIM VI REPELLERE LICET
Summary
Biex l-attur jirnexxi f'azzjoni ta` spoll jrid jipprova tliet affarijiet, u cjoe`:-

i. li huwa kien jipposjiedi b'pussess ta' kwalunkwe xorta jew detenzjoni;

ii. li huwa gie spoljat minndak il-pussess jew detenzjoni;

iii. li huwa mexxa l-quddiem il-kawza fi zmien xahrejn mill-jum li fih sar l-att spoljattiv allegat minnhu;

Hu pacifiku li l-espressjoni "pussess ta' kwalsiasi xorta" tikkomprendi tant il-pussess civili kemm dak sempliciment naturali u anke dak vizzjuz.Pero hu mehtieg dejjem li l-attur jipprova li ghandu dan il-pussess. Anke wiehed qasir hafna u sahansitra pussess momentaneju jibbastaw biex jawtorizzaw l-azzjoni ta' spoll.

Huma komunissimil-kawzi ta' din ix-xorta koncernanti ostakoli jew impedimenti fl-ezercizzju tad-dritt ta' passaggi jew moghdijiet fir-raba.

Biex il-gabillott jirnexxi fl-azzjoni ta' spoll minnhu ntentata biexjigi reintegrat fil-pussess ta' passagg li fih jippretendi li gie turbat, jehtieglu jipprova li huwaghandu l-pussess jew kwazi pussess esklussiv tal-passagg, u mhux bizzejjed li juri li ghandu biss id-dritt li jghaddi mill-passagg.

Huwa immaterjali jekk l-attur ghandux moghdijiet ohra servjenti ghal htigijiet tieghu. Kull prova f'dan il-kuntest ma teliminax l-att arbitrarju ta` min ikun ikkommetta l-ispoll. Dan ghaliex l-azzjoni hi radikata fuq l-esigenzi ta' l-utilita' socjali, intizabiex taghti protezzjoni lil kwalunkwe pussess, u jigi impedut lic-cittadin privat jiehu l-gustizzjaf'idejh. Il-fini tal-azzjoni huwa dak li jigi restawrat l-istat tal-pussess li jkun gie skonvolt, jew turbat.

Huwa proprju ghalhekk li l-istess disposizzjoni tal-ligi tinsisti b'referenza espressa ghall-Art 791 tal-Kap 12 illi l-konvenut f'kawza ta' spoll ma jista' jaghti ebda eccezzjoni li mhix dilatorja qabel ma jkun rega' qieghed il-haga fl-istat pristinu. Huwa b'dan in mira li l-gurisprudenza u d-dottrina legali jinsistu li l-Qorti ghandha tezamina biss il-fatt tal-pussess jew tad-detenzjoni u l-fatt ta' l-ispoll.

Il-ligi tehtieg biss l-element ta` pussess materjali u ta` fatt u m`hemmx ghalfejn ikun animo domini, tant hu hekk li l-azzjoni ta` spoll hija wkoll koncessa lill-possessur li kien antecedentement uzurpa bi vjolenza l-haga ta` haddiehor.

Il-principju "vim vi repellere licet" jista' jigi applikat biss meta l-azzjoni difensiva ssir "confestim" u "in continenti" u mhux "ex intervallo".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info