Reference: 67/1998/1

Judgement Details


Date
17/02/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
KONTROLLUR TAD-DWANA vs J.T.E. LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, RIGEZZJONI TAT-TALBA META R-RIKORRENT QUDDIEM IL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA JONQOS LI JIDHER GHALL-KAWZA TEFFETTWA L-MERTU TAL-KAWZA - RES JUDICATA, ELEMENTI TA` - RES JUDICATA, IL-GUDIKAT JIKKOMPRENDI DAK KOLLU LI SETA` GIE DISKUSS - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, RIGEZZJONI TAT-TALBA META L-ATTUR JONQOS LI JIDHER GHALL-KAWZA TEFFETTWA L-MERTU TAL-KAWZA
Summary
L-elementi tal-eccezzjoni tal-gudikat huma li s-sentenza ta' qabel kienet moghtija f'kawza bejn l-istess persuni fuq l-istess oggett u ghall-istess kawzali (eadem personam, eadem res, eadem petendi)bhal fil-kawza l-gdida.

Il-gudikat jifforma ruhu mhux biss ghar-rigward ta' dak li gie diskuss espressament, imma anki ta' dak li messu gie diskuss, u ma giex diskuss, mill-parti li kellha tiddiskutih biex issostni d-domanda jew l-eccezzjonijiet taghha; u l-gudikat ma jigix nieqes minhabba d-diversita` tal-motivi tal-'causa petendi'.

Din il-kawza kienet ticcentra fuq l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 13 (a) ta' l-Att dwar it-Tribunal ghal Talbiet Zghar jipprovdi li jekk l-attur majidhirx il-Gudikatur jiddiferixxi ghall-gurnata ohra u jekk f'dik id-data jerga' ma jidhirx ghandu jirrigetta t-talba.

Il-Qorti interpretat din id-disposizzjoni mhux bhala li twassal ghal semplici liberazzjoni ab observantia, izda li twassal sabiex it-Tribunal effettivament jichad it-talba. B'hekk meta ssib applikazzjoni din id-disposizzjoni tal-ligi u terga' tigi riproposta azzjoni fuq l-istess binarji, l-eccezzjoni tal-gudikat ghandha tintlaqa'.

Dan l-istess principju japplika ghal disposizzjoni analoga fil-Kap. 69 tal-Ligijiet ta' Malta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info