Referenza: 236/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/02/2003
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GALEA DEBONO JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA (SPT. M.BUTTIGIEG) vs ZARB ADAMI FRANCIS WILLIAM PETER GEORGE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, RES IPSA LOQUITUR - KOLLIZJONI, VELOCITA` - SEWQAN, NEGLIGENTI
Fil-Qosor
In kwantu d-dottrina tar-"res ipsa loquitur" timporta xi spostament tal-oneru tal-prova, tali dottrina ma tista' qatt issib post fil-kamp penali. In kwantu, pero', b' "res ipsa loquitur" wiehed jifhembiss li l-fatti - inkluzi provi indizjarji - "circumstantial evidence" - ikunu tali li l-gudikantihossu moralment konvint li jista' jigbed certi konkluzzjonijiet minn dawk il-fatti, allura wiehed m'ghandux jitkellem dwar "res ipsa loquitur" izda dwar dak li fid-dottrina Ingliza jissejhu "presumptions of fact".

Speed jista' jkun eccessiv anki jekk ma jiskorrix il-limiti regolamentariizda jiskorri dawk dettati mill-prudenza u mill-fatturi ambjentali tal-mument.

L-imperizjafis-sewqan, bhas-sewqan hazin, hija htija.

Sewqan negligenti jfisser nuqqas ta' prudenza ordinarja li wiehed ghandu jadopera biex jevita s-sinistri stradali.

Sabiex ikun hemm responsabbilta' ghall-kollizzjoni, jinhtieg li jkun hemm "nexus", fis-sens li l-vjolazzjoni tkun kawza prossima tal-kollizzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni