Reference: 342/2000/1

Judgement Details


Date
20/01/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MIDDLE SEA INSURANCE PLC NOE vs GALEA JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, KONTRIBUTORJETA` - KOLLIZJONI, DOVER TA` KULL SEWWIEQ LI JIRREGOLA S-SEWQAN TIEGHU SKOND IL-KONDIZZJONIJIET U C-CIRKOSTANZI LI JKUN JINSAB FIHOM - KOLLIZJONI, DOVERI TA` SEWWIEQ LI JKUN QED JOQROB LEJN LIWJA JEW KANTUNIERA - KOLLIZJONI, NEGLIGENZA KONTRIBUTORJA - KOLLIZJONI, RELEVANZA TA` KONTRAVENZJONI TA` XI REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU - KOLLIZJONI, TAMPONAMENT MINN WARA - META L-KAROZZA TA` QUDDIEM TKUN WIEQFA - KOLLIZJONI, TAMPONAMENT MINN WARA - META L-KAROZZA TA` QUDDIEM TKUN WIEQFA F`POST PERIKOLUZ
Summary
Hu dmir fuq kull sewwieq illi meta qed javvicina liwja jew kantuniera ghandu jirrallenta s-sewqan tieghu u b'hekk jahseb ghal kull imprevvist li jista' jiltaqa' mieghu. Jinkombi b'dover fuq kull sewwieq li jirregola s-sewqan tieghu skond il-kundizzjonijiet u c-cirkostanzi u li l-hin kollu jzomm 'aproper look out'. Aktar u aktar imbaghad meta dak li ser jinkontra wara l-liwja jew kantuniera mhux vizibbli ghalih.

Biex ikun hemm negligenza kontributorja f'materja ta' kollizjoni hemm bzonn illi n-negligenza ta' min jirreklama d-danni tkun tali li minghajrha l-kollizzjoni ma kenitx issir; imma meta din in-negligenza tkun tali illi min jigi biex ihallas id-danni seta' jevita dawk id-danni bl-ezercizzju tal-kura ordinarja, allura r-responsabilita tal-kollizzjoni taqa' fuq il-konvenut.

Tezisti certament il-presunzjoni "juris tantum" illi meta l-karozza wieqfa tigi milquta minn karozza miexja s-sewwieq tal-karozza miexja huwa generalment responsabbli.

Il-principji lighandhom jigu osservati f'kaz ta' karozza wieqfa u tigi milquta minn wara huma tnejn (1) jekk id-driver tal-karozza ta' quddiem jieqaf f'daqqa b'mod li l-karozza li tkun vicin warajh ma tistax tieqafa tempo, allura jkollu tort; u (2) id-driver tal-karozza ta' wara jista' jkun hati ta' negligenza kontributorja jekk ma kellux il-karozza tieghu taht il-kontroll tieghu b'mod li jieqaf meta l-karozzata' quddiemu tieqaf.

Il-waqfien f'post perikoluz ta' vettura, f'posizzjoni fejn ir-regolamenti kienu jivvjetaw is-sosta proprju biex ma jigux sorprizi vetturi ohra li kellhom kull dritt jippretendu li l-karreggjata tkun libera, u multo magis, fl-arterja principali fejn hi wkoll konsentita certa velocita', jista` jkun fattur kontributorju li jipprovoka s-sinistru jew li kellu jigi biss konsiderat bhala agir kontravenzjonali li bl-ebda mod ma kellu xi rifless fuq ir-responsabilita' ghas-sinistru.

Huwa veru illi mhux kull agir jitqies ingustifikat. Hekk ukoll hu pacifiku illi mhuxkull kontravenzjoni tas-sewqan ghandha titqies bhala element kontributur. B'danakollu fejn din il-kontravenzjoni tkun ipprovokat l-incident jew ikkontribwiet ghalih, huwa gust li l-Qorti tiehdu in konsiderazzjoni biex tistabilixxi l-addebitu tar-responsabilita'.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info