Referenza: 93/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/05/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
FREEPORT TERMINAL vs UNION HADDIEM MAGHQUDIN
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
TILWIMA TA` XOGHOL, KUNCETT TA` AZZJONI INDUSTRIJALI - TILWIMA TA` XOGHOL, LIMITI TA` AZZJONI INDUSTRIJALI
Fil-Qosor
Il-kompitu tal-Qorti huwa illi tapplika ghall-fatti provati quddiemha l-ligi applikabbli u kif kienet tezisti fiz-zmien rilevanti fil-pajjiz.

Kien id-dover tal-legislatur li jadegwa l-ligi ghar-realtajiet socjali. Ma kienx kompitu tal-qrati li jaghmlu dan. Il-Qrati jistghu biss, fil-limitistretti tar-regoli ta' interpretazzjoni, jqarrbu l-ligi bl-applikazzjoni taghha lejn dak li s-socjeta' thoss u tifhem, fil-mument storiku partikolari, li hu xieraq u gust fir-regolament tal-jeddijietu obbligi reciproci tal-kontendenti.

It-terminu "tilwima ta' xoghol" hekk kif definita fl-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 266) jkopri l-aspetti kollha ta' l-attivitajiet fuq il-post tax-xoghol kif regolati bejn il-principal u l-haddiem, jew il-haddiem u haddiem, u ma kienet bl-ebda mod tirreferi ghal sitwazzjonijiet estraneji ghal dawk l-attivitajiet. It-terminu nnfisu "pattijiet u kondizzjonijet ta' impjieg" kjarament jimplika li t-tilwima kellha tkun dwar dak li l-principal u l-haddiem ikunu ftehmu fil-kuntratt ta' l-impjieg, jew alternattivament, fin-nuqqas, ikun regolat bil-ligi.

Aspett politiku f'tilwima industrijali ma jeskludix tali tilwima mid-definizzjoni statutorja u b'hekk azzjoni kontra l-Gvern tkun tista' tigi inkluza jekk ikun hemm element industrijali genwin, bhal meta l-Gvern ikun qed jaghti x-xoghol lill-impjegati in kwistjoni.

Il-Qorti irriteniet illi reazzjoni ta' union ghal mizura fil-budget kienet tikkwalifika bhal tilwima industijali ghaliex kienet konnessa mal-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg, nonostante kull element politiku li seta' jigi mputat lill-istess Union. Il-konnessjoni ma setghetx, fil-fehma tal-Qorti, tigi meqjusa bhala wahda immaginarja jew incidentali. Kienet ghall-kuntrarju konnessjoni rejaliu sostanzjali tant li pprovokat, da parti ta' l-Union appellanti talba specifika ta' zieda fil-pagijew, alternattivament, ta' xi forma ta' assistenza biex il-haddiema mpjegati tal-Gvern ikunu jistghu jaghmlu fronti ghall-piz li l-mizuri adottati fil-budget kienu sejrin jimponulhom. Reklami dawn li ndubbjament kienu jincidu direttament fuq il-pattijiet u kondizzjonjiet ta' l-impjieg.

L-agir tal-impjegati tas-socjeta' attrici kien teorikament jaqa' taht il-protezzjoni tal-Kap. 266 peressilli kien sar in sympathy. Madanakollu l-imblukkar tal-post tax-xoghol ma kienx igawdi minn din il-protezzjoni peress illi kien jezorbita minn dak permess mill-Ligi.

Anke jekk mhix fil-kompetenza tal-Qorti tal-Appell fis-sede ordinarja taghha li tippronunzja ruhha fuq il-kostituzzjonalita'o meno tad-disposizzjonijiet partikolari tal-Kap 266, u tali mertu mhux quddiemha, hi ghandha ukolll-obbligu, bhal kull Qorti ordinarja, li, fl-interpretazzjoni taghha, tiehu kont tal-principji kostituzzjonali korretti applikabbli in materja.

Hi erronja l-impressjoni li l-Att dwar ir-Relazzjonijijet Industrijali jissanzjona kull xorta ta' illegalita' fl-agir ta' l-Unions u/jew tal-membri taghha sakemm dan ikun f'kontest ta' azzjoni industrijali legittimu, cioe' fil-kors ta' "tilwima ta'xoghol" fid-definizzjoni tal-ligi.

L-agir irid ikun jinqala' minn xi ghemil bi hsieb ta' tilwima ta' xoghol jew biex din it-tilwima titmexxa 'il quddiem" (in contemplation or furtherance): (a)l-azzjoni trid tittiehed sabiex jitwettaq ghan industrijali legittimu u mhux xi motiv estraneju; (b)l-azzjoni ma tridx tkun wisq remota mic-centru tat-tilwima; (c) l-azzjoni trid tipprovdi support prattiku ghall-ghan industrijali li jkun kapaci jmexxi t-tilwima l-quddiem jew li jottjeni dak il-ghan.

Ghalhekk l-azzjoni li ghaliha tkun qed tigi invokata l-immunita', ma kellhiex tkun motivataunikament bil-ghan li tikkreja dannu lill-principal u b'hekk iggeghlu jcedi ghat-talbiet tal-impjegati. Id-danni subiti allura ma kellhomx ikunu rizultat dirett ta' l-azzjoni ta' l-Union u l-membritaghha, maghmula bhala fini fiha nfisha, imma setghu jkunu biss rizultat indirett ta' ghemil mahsub biex titmexxa 'l quddiem it-tilwima industrijali.

Jattiraw l-immunita' dawk l-azzjonijiet delittwuzi jew kwazi delittwuzi li fl-ezekuzzjoni ta' l-ghemejjel maghmula bi hsieb ta' tilwima ta' xoghol jew bil-hsieb li dik it-tilwima titmexxa 'il quddiem, jinkorru f'illegalita' li altrimenti, kieku ma kienx ghall-immunita' statutorja, kienu jkunu azzjonabbli ghad-danni. Dan dejjem premess lil-ghemejjel ta' l-azzjoni industrijali ikunu legalment proposti fil-kontest ta' tilwima industrijali. Din id-distinzjoni hi fondamentali fl-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet taht ezami. Distinzjoni li twassal biex takkorda l-immunita' lill-azzjoni ta' Trade Union li tipprovoka sitwazzjoni fejn il-kancell ta' fabbrika ma jinfetahx ghax il-haddiema, fuq direttivi ta' l-Union taghhom jiddeciedu li ma jirrapportawx ghax-xoghol, izda ma takkordax l-istess immunita' fejn Union tipprovoka l-istess sitwazzjoni ta' gheluq ta' fabbrika billi tordna lill-haddiema taghha li vjolentement jimpedixxuu jaghlqu l-access ghall-istess fabbrika lil kulhadd. L-istess kif tigi akkordata l-immunita' lill-Union li fil-kors ta' direttiva ta' 'sit-in' incidentalment tikkaguna xi hsara lill-propjeta' tal-principal, pero' tali immunita' ma tigix estiza fil-kaz fejn l-istess membri taghha volutament jaghmluhsara lill-makkinarju u attrezzi tal-principal, semplicement bhala turija ta' sahha biex iggieghellill-principal icedi ghad-domandi taghha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni