Referenza: 167/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/01/2003
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs MARY GRECH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BUON ORDNI U PACI PUBBLIKA, KSUR TA` - KONTRAVVENZJONIJIET KONTRA L-ORDNI PUBBLIKU, ATTI LI JOFFENDU L-MORALI, L-IMGIEBA XIERQA JEW ID-DECENZA PUBBLIKA
Fil-Qosor
Sabiex ikun hemm ksur tal-bon-ordni jew tal-kwiet tal-pubbliku fis-sens ravvizat fl-Artikolu 338(dd)tal-Kodici Kriminali, jigifieri dak li bl-Ingliz jissejjah a breach of the peace, trid issir provali tnissel f'xi hin imqar minimu ta' inkwiet jew thassib f'mohh terzi dwar l-inkolumita` fizika ta'persuna jew dwar l-inkolumita` ta' proprjeta`.

Il-paragrafu (bb) ta' l-Artikolu 338 tal-Kodici Kriminali jikkontempla (i) kliem, atti jew gesti oxxeni, (ii) kliem indecenti, (iii) kwalsiasi ghemil, li ghalih il-Kodici ma jipprovdix band'ohra, li joffendi (iv) il-morali, (v) l-imgieba xierqa,jew (vi) id-decenza pubblika. Kliem atti jew gesti li joffendu l-imgieba xierqa jew id-decenza pubblika huma dawk li jilledu dak il-minimu ta' konvenjenza u ta' dekor li jird jezisti fir-rapporti bejnin-nies li jghixu f'socjeta`, u dan skond il-grad ta' civilta` li jkun lahaq poplu f'mument storikament determinat.

Meta persuna tigi imputata b'gest oxxen, qorti tista' ssib lil dik il-persuna hatja ta' gest li joffendi l-imgieba xierqa jew id-decenza pubblika, u dan peress li l-kuncett ta'decenza huwa aktar wiesa' minn dak ta' oxxenita`.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni