Reference: 372/1999/2

Judgement Details


Date
10/01/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
COMMONWEALTH EDUCATIONAL SOCIETY LTD vs CAMILLERI ADRIANA
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, META R-REGISTRATUR MA JKUNX INNOTIFIKA LILL-APPELLANT BL-AVVIZ DWAR IL-GARANZIJA - APPELL, META R-REGISTRATUR MA JKUNX STABILIXXA L-GARANZIJA GHALL-ISPEJJEZ - APPELL, SA META TRID TITHALLAS IL-GARANZIJA IN KAWTELA TA` L-ISPEJJEZ - RITRATTAZZJONI, META R-REGISTRATUR MA JKUNX INNOTIFIKA LIR-RITRATTAND BL-AVVIZ DWAR IL-GARANZIJA - RITRATTAZZJONI, META R-REGISTRATUR MA JKUNX STABILIXXA L-GARANZIJA GHALL-ISPEJJEZ - RITRATTAZZJONI, SA META TRID TITHALLAS IL-GARANZIJA IN KAWTELA TA` L-ISPEJJEZ
Summary
L-Artikolu 815 tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta' Malta jipprovdi li:

"Fil-qrati superjuri u fil-qrati inferjuri it-talba ghar-ritrattazzjoni, f'qorti ta' l-ewwel grad, ghandha ssir b'citazzjoni, u quddiem il-qorti fi grad ta' appell, b'rikors; flimkien mal-prezentata tar-rikors ghandha tinghata l-garanzija ghall-ispejjez skond l-artikolu 249."

Il-kliem "flimkien mar-rikors" f'dan l-artikolu huwa infelici in vista ta' l-emendi apportati bl-Att XXIV ta' l-1995 ghall-Artikolu 249, u li ghalih l-Artikolu 815 surreferit jaghmel espressa referenza.

Jaghmlu sens mat-test ta' l-Artikolu 249 kif kien qabel dawn l-emendi in kwantu dan kien jistabilixxi li ebda petizzjoni ta' l-appell - u dan japplika wkoll ghar-rikors ta' ritrattazzjoni - ma ghandha tigi ricevuta jekk mhiex akkumpanjata b'malleverija jew garanzija ghall-ispejjez.

Fl-istess zmien kien japplika wkoll l-Artikolu 209 qabel ma l-istess gie emendat bl-imsemmija ligi ta' l-1995 li kien jipprovdi li meta kawzatissejjah u jinstab li ma tkunx inghatat malleverija skond il-ligi, l-Qorti tghaddi biex tiddikjaral-appell abbandunat ammenoche' l-appellant, fiz-zmien qasir, li l-Qorti setghet jidhrilha xieraq litiffissa, ma jiddepozitax mar-Registratur somma sufficcjenti biex taghmel tajjeb ghall-ispejjez, u b'dan ukoll li l-istess perijodu ma setghax jigi prorogat. Anke dan l-Artikolu japplika ghall-kazijiet ta' ritrattazzjoni, u dan b'applikazzjoni ta' l-Art 249 tal-Kap 12.

Il-qaghda illum, bl-emendi ntrodotti, hi differenti. L-Artikolu 249 (2) jipprovdi illi l-garanzija ghandha tkun fis-sommastabbilita mir-Registratur u ghandha issir jew billi jigu depozitati flus likwidi jew billi tinhareg garanzija bankarja. Id-depozitu ta' din il-garanzija ghall-ispejjez irid isir sa mill-anqas jum qabel ma jibda jinstema' l-appell (subinciz 1 ghall-Art 249).

Gie osservat illi l-garanzija inkawtela ta' l-ispejjez ta' l-appell (u dan ighodd ukoll ghall-procedura tar-ritrattazzjoni) tifformaparti integrali mill-proceduri ta' revizjoni tant li l-Qorti ta' l-Appell jekk meta tissejjah il-kawza jinstab li ma tkunx saret tali garanzija kif provvdut fl-Art 249 tal-Kap 12 kellha minnufih tghaddi biex tiddikjara l-appell dezert.

Il-provviso pero ghall-Artikolu 209 (1) tal-Kap 12 isalva l-qaghda u ma jgibx is-sanzjoni procedurali tad-dezerzjoni invokata mir-ritrattata. Dan ghaliex dak il-provviso jipprovdi illi l-Qorti tista' taghti lill-appellanti (ritrattandi) zmien qasir li fihhuwa jkun jista' jgib il-garanzija ghall-ispejjez fil-kaz li r-Registratur ma jkunx: (a) stabilixxas-somma li ghandha tithallas bhala garanzija; (b) innotifika lill-appellant b'dan filwaqt li jgharrfu b'dak l-avviz x'jista' jigrilu fil-kaz ta' nuqqas minn naha tieghu, u dan mill-anqas ghaxart ijiem qabel is-smiegh tal-kawza.

F'dawn iz-zewg cirkostanzi huwa logiku li r-ritrattand ma jkunxf'qaghda li jissodisfa l-kundizzjoni dettata mil-ligi. Dan igib bhala konsegwenza illi meta l-Qorti giet biex tittratta u tiddeciedi l-kawza ta' ritrattazzjoni ssb bhala stat ta' fatt illi ma kenitxingiebet garanzija ghall-ispejjez skond kif tirrikjedi l-ligi.

Gja fl-imghoddi fejn il-garanzija ma kenitx titqies wahda tajba u valida l-Qrati kienu jaghtu terminu moderat biex tingieb garanzija tajba. Bl-emendi ghall-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili dan illum sar necessarju wkoll fis-sitwazzjoni prevvista minn dan il-Kodici kif manifest fil-provviso precitat ghall-Art 209.Ghalhekk f'tali cirkostanzi jinhass necessarju illi l-Qorti tapplika dan il-provviso u b'hekk tevitas-sanzjoni procedurali tad-dezerzjoni.

Bhal kull regola procedurali ohra, id-disposizzjonijiet fir-rigward ta' dezerzjoni jehtieg li jigu osservati rigorozament u hu biss eccezzjonalment illidawn il-provvedimenti, fejn jimportaw sanzjonijiet m'ghandhomx igibu applikazzjoni meta jkun jirrizulta car illi dawn kienu sejrin jikkozzaw mal-principju generali li jirregolaw is-smiegh xieraq u gust". Il-kaz de quo hu eccezzjoni ta' din ix-xorta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info