Reference: 1/2002/1

Judgement Details


Date
10/01/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PORTELLI ALFRED vs KUMMISSARJU TAT-TAXXI INTERNI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATTI GUDIZZJARJI, NULLITA` TA`
Summary
In-nullita` hija mezz estrem li l-legislatur jirrikorri ghaliha biss f`kazijiet ta` necessita`.

Gie fil-fatt ritenut illi "n-nullita` hija haga odjuza u ghandha tigi ordnata meta espressament komminata mil-ligi". Effettivament, "in-nullita` ma tistax tigi desunta meta mhux espressament stabbilita minn disposizzjonijiet li jirrigwardaw proceduri specjali".

L-Artikolu 789 tal-Kap. 12jikkontempla zewg tipi ta' nullita`, dik testwali (subinciz (a)) u dik virtwali (subincizi (c) u (d) konsistenti ghal (c) fis-semplici vjolazzjoni tal-forma, anke jekk mhux taht piena ta' nullita`,u dik tal-paragrafu (d), cjoe, meta l-att ikun nieqes minn xi partikolarita` essenzjali espressamentmehtiega mil-ligi. Taht (c) titratta minn kondizzjoni ta' formalita`; taht (d) titratta mill-element kostitutiv tac-citazzjoni.

In kwantu jirrigwarda s-subinciz (c) il-ligi tipprovdi li l-eccezzjoni tan-nullita` setghet biss tinghata kemm il-darba dik il-vjolazzjoni tkun giebet lill-partili titlob in-nullita` pregudizzju li ma jistax jissewwa xort'ohra hlief billi l-att jigi annullat.

Jghodd imbaghad ukoll ghas-subinciz (d) il-proviso li jahseb li l-eccezzjoni ma hijiex sostenibbli "jekk dak in-nuqqas jew vjolazzjoni jkunu jistghu jissewwew taht kull disposizzjoni ohra tal-ligi".

Ghalhekk in-nullita` m'hijiex is-sanzjoni applikabbli, ghaliex din is-soluzzjoni radikali biex tigi applikata jehtieg l-elementi ta' l-inevitabilita` tan-necessita` li ma tistax tigi aggirata minghajr pregudizzju gravi ghall-parti l-ohra. Barra mill-element ta' pregudizzju irriversibbli; dak li ma jistax jissewwa jekk mhux bl-annullament. Huwa bizzejjed assodat fil-gurisprudenza li kull meta huwa possibbli u sakemm il-ligi ma timponix in-nullita`, l-atti gudizzjarji ghandhom jigu salvati, sabiex fost hwejjeg ohra, jigu evitati r-ripetizzjonijiet ta' l-atti u l-moltiplikazzjonijiet ta' l-istess.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info