Reference: 2307/1999/1

Judgement Details


Date
07/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
BOTTONE PAUL ET vs SALIBA RITA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, DIZABILITA` PSIKIKA - DANNI, KALKOLU TA` L-INTRJOTU FIL-KAZ TA` PERSUNA LI TKUN GHADHA TAHT L-ETA` - DANNI, KOMPUTAZZJONI TRID TKUN MARBUTA MAR-REALTA` TAL-HAJJA - DANNI, KRITERJI GHALL-KOMPUTAZZJONI TA` QLIEGH FUTUR - DANNI, MULTIPLIER - DANNI, MULTIPLIER - PERSUNA LI TKUN TAHT L-ETA` - DANNI, TELF TA` QLIEGH - DANNI, TNAQQIS GHAL LUMP SUM PAYMENT
Summary
In-numru ta' snin adottat bhala multiplier m'ghandux ikun bazat fuq l-aspettativa tal-hajja in generali tad-danneggjat izda fuq l-aspettativa tal-hajja lavorattiva tieghu u ghalhekk jittiehdu in konsiderazzjoni ic-chances and changes tal-hajja.

Il-perijodu tal-multiplier ghandu dejjem jigi kunsidrat li jibda jiddekorri mid-data ta' l-incident. Id-danni necessarjament jigu likwidati wara l-incident, u xi drabi ftit wara l-incident u xi drabi ohra, stante proceduri legali li fin-natura taghhom jinvolvu t-trapass taz-zmien, xi ftit snin wara l-incident u eccezzjonalment bosta snin wara. Il-fatt li jkun ghadda z-zmien sa kemm jigu likwidati d-danni m'ghandux jaffettwa l-metodu ta' likwidazzjoni li ghandu dejjem jibqa' l-istess billi l-perjodu tal-multiplier dejjem jibda jiddekorri mid-data tal-incident. Altrimenti l-likwidazzjoni bil-multiplier ma jsirx b'mod uniformi.

Ma ghandu jsir l-ebda tnaqqis fil-persentagg solitu ta' 20 fil-mija ghall-'lump sum payment' jekk majkunux ghaddew aktar minn tlett snin mid-data tal-prezentata tac-citazzjoni u jekk ikun ghadda danil-perijodu allura ghandu jsir tnaqqis ta' 2% ghal kull sena minn dik id-data.

Ghalkemm bhalaregola din l-evalwazzjoni ghandha tigi applikata, pero' certament mhux sine qua non stante li dan jiddependi hafna fuq ic-cirkostanzi tal-kaz de quo, u fl-opinjoni tal-Qorti, hemm kazijiet fejn lanqas dan il-persentagg ghall-lump sum payment lanqas ghandha titnaqqas, ghaliex lanqas tirrifletti r-realta' tad-danni sofferti, u din id-decizzjoni ghandha tkun imhollija f'idejn il-gudikant li jkun qedjezamina l-istess kaz fid-dettalji kollha tieghu, nkluz il-likwidazzjoni ta' danni sofferti.

B'telf ta' qliegh wiehed ma ghandux jifhem biss telf ta' salarju jew hlas iehor li huwa jircievi izda ghandu jinkludi l-ispejjez kollha li minhabba fl-infortunju l-persuna jkollha taghmel ghaliex hija se jkollha titlef dawn il-flus minhabba f'dan l-infortunju.

Meta l-vittma tkun ghadha tahtl-eta` l-introjtu taghha ghall-finijiet ta` kalkolu ta` lucrum cessans ghandu jinhadem fuq il-bazi ta` dak li x`aktarx l-paga minima nazzjonali.

Ma hemmx ghalfejn jinghad li d-debilita' permanenti ma kienx necessarju li tkun wahda fizika li timmenoma l-persuna fil-possibbiltajiet tieghu ta' xoghol minhabba limitazzjoni fil-funzjoni ta' xi organu. Setghet ukoll tkun debilita' psikika li timmanifesta ruhha f'kondizzjoni li negattivament tinfluwenza l-kapacita' ghax-xoghol ta' l-individwu. Li kien mehtieg pero' anke f'dan il-kaz, hu li jigi stabbilit lil hinn minn kull dubbju ragjonevoli li tali debilita' kawzata mill-incident li ghalih kien responsabbli l-konvenut, u inoltre', li d-disabilita' tkun wahda permanenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info