Referenza: 2114/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/12/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
GASAN INSURANCE AGENCY LIMITED vs FALZON FRANCIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, DOVER TA` KULL SEWWIEQ LI JIKKOORDINA S-SEWQAN TIEGHU MAT-TRAFFIKU L-IEHOR - KOLLIZJONI, SEWQAN B`LURA
Fil-Qosor
Kull sewwieq ghandu dover li jikkoordina l-moviment tieghu mat-traffiku l-iehor. Dan ighodd kemm ghal min ikun hiereg minn xi triq laterali u kemm ghal min qed isuq fi dritt f'xi triq magguri billi anke hawn irid ikun preparat ghal dak li jizvolgi quddiemu. Mhux biss dan ghax anke irid joqghod attent ghal min ikun gej minn warajh u jevita li jaghmel manuvri inkonsulti. Il-vigilanza u l-attenzjoni ma ghandha tonqos qatt. Aktar mir-regolamenti huma l-prudenza u l-bon sens li ghandhom jirregolaw is-sewqan. Ghalhekk ma tistax tigi abbraccjata l-osservazzjoni illi una volta li sewwieq ghamel il-verifiki tieghu qabel beda jindetreggja "ma setax jobsor min ser ifigg fit-triq u kif dan ser igibruhu". It-toroq qeghdin hemm biex minnhom jaghmlu uzu l-utenti u r-raguni kellha tiddettalu joqghod gwarding il-hin kollu mill-mument li jibda l-manuvra tieghu ta' indetreggjar sakemm jikkompletaha.

Jekk kull driver ghandu joqghod dejjem attent, huwa intwittiv li sewwieq li jiddeciedi li jsuq vettura bl-lura ghandu obbligu magguri meta b'dan il-mod ikun jehtieglu jaqsam il-kurrent tat-traffiku li jista' wkoll jasal inaspettat. Multo magis, imbaghad meta l-vizwali tieghu tkun impeduta b'xi ostakolu.

Jekk ma kienx 'safe' ghalih li jitraversa t-triq bir-reverse messu assikura preventivament li jkollu lil xi hadd jassistih.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni