Reference: 31/2002/1

Judgement Details


Date
16/12/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CUTAJAR MICHAEL vs MUSCAT ROBERTA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, SOSPENSJONI TAL-EZEKUZZJONI TAS-SENTENZA ATTAKKATA - SENTENZA, SOSPENSJONI TAL-EZEKUZZJONI TA` WAQT RITRATTAZZJONI
Summary
L-Artikolu 823(2) tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili jipprovdi li:

"...il-Qortili quddiemha tintalab ritrattazzjoni tista' ad istanza b'rikors quddiem il-Qorti ta' l-Appell tal-parti li taghmel dik it-talba tordna t-twaqqif ta' l-ezekuzzjoni tas-sentenza jekk:-

flimkienmat-talba taghha dik il-parti taghti garanzija tajba ghall-ezekuzzjoni tas-sentenza, jekk ma tigix imhassra, maghduda dik il-garanzija kif imsemmija fis-subartikolu (10) ta' l-Artikolu 266; u

jigi muri ghas-sodisfazzjoni tal-qorti illi l-ezekuzzjoni tas-sentenza aktarx tikkaguna pregudizzju akbar lil dik il-parti milli t-twaqqif ta' l-ezekuzzjoni tkun tikkaguna lill-parti kuntrarja."

Is-subinciz (3) ghall-Artikolu precitat jipprovdi illi "il-garanzija msemmija f'paragrafu (1) tas-sub-artikolu (2) ta' dan l-artikolu, meta tinghata, ghandha fil-kazijiet kollha tahdem bhala twaqqifta' esekuzzjoni ta' sentenza li tordna l-arrest jew prigunerija tad-debitur."

L-garanzija "mhijiex komponenti 'sine qua non' ta' l-azzjoni stabbilita minn dan l-Artikolu ghaliex kieku kienet, is-subinciz ma kienx juza l-frazi "meta tinghata". Difatti s-sospensjoni ta' l-esekuzzjoni tas-sentenza li timplika arrest jew prigunerija tad-debitur ghandha dejjem tinghata mill-Qorti jekk ic-citazzjoni (illum ir-rikors fit-tieni grad) tkun akkumpanjata mill-garanzija.

Il-valutazzjoni tad-drittijiet ghall-finijiet tal-fissazzjoni tal-garanzija hi difficli gjaladarba ma tezisti l-ebda norma indikatrici espressament fil-ligi.

Fl-evalwazzjoni tal-pregudizzju relattiv tal-partijiet il-"praxis" donnha hi li fejn is-sospensjoni tkun ta' zgumbrament, sakemm ma jirrikorrux ragunijiet verament specjali, jidher li "prima facie" il-pregudizzju ta' min se jkun sejjer jigi zgumbrat huwa aktar minn ta' dak ta' min ser jiehu hwejjgu lura.

F'dan l-istess kuntest il-Qrati esprimew il-veduta wkoll illi jekk ma tintlaqax it-talba ghas-sospensjoni l-ezekuzzjoni ta' issa tas-sentenza gja ottenuta timplika zewg zgumbramenti, f'kaz ta' ezitu favorevoli tar-ritrattazzjoni. Din il-possibilita' ghandha tigi evitata. Dan dejjem sakemm il-pregudizzju tal-intimata bin-nuqqas ta' tehid immedjat ta' hwejjigha ma jkunx tant gravi li anke diffikolta' simili trid tigi skartata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info