Referenza: 2403/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/12/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
VENEZIANO BROCCIA BRIGITTE vs SAMMUT JOSEPH MARIO DR. ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ZWIEG, NULLITA` MINHABBA DIFETT SERJU TA` DISKREZZJONI TA` GUDIZZJU - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA ESKLUZJONI POSITTIVA TAZ-ZWIEG JEW TA` XI WIEHED MILL-ELEMENTI ESSENZJALI - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA QERQ
Fil-Qosor
Difett serju ta` diskrezzjoni tal-gudizzju jezemplifika ruhu f'assenza tal-fakoltajiet ta' kritika,estimativa u valutativa, dwar l-oggett tal-kunsens taz-zwieg, kif ukoll assenza ta' maturita` affettiva relattiv ghall-imsemmi oggett. Ma' dan hemm abbinat dik l-inkapacita` psikika, partikolarment illi l-konjugi jaghraf u jirrifletti adegwatament fuq l-oggett tal-kunsens matrimonjali.

Is-simulazzjoni tiehu l-forma ta' dak li fid-duttrina civili hu deskritt bhala "colorem habens, substantiam vero nullam"; li b'konsegwenza jirrendi l-kuntratt bhala interament fittizju.

Fir-rigwardtal-kuntratt taz-zwieg gie spjegat illi jkun hemm is-simulazzjoni meta fil-mument ta' l-ghoti tal-kunsens matrimonjali, parti jew ohra (jew it-tnejn) esternament turi li qed taghti l-kunsens matrimonjali izda internament u b'att pozittiv tal-volonta` taghha tkun qed tichad il-kunsens ghal dak iz-zwieg (simulazzjoni totali) jew tkun qed tskludi xi element jew proprjeta` essenzjali ghaz-zwieg (simulazzjoni parzjali).

Biex jissussisti dan l-element tal-qerq irid jezisti referibilment ghal "xi kwalita` tal-parti l-ohra li tista' mix-xorta taghha tfixkel serjament il-hajja mizzewga".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni