Reference: 688/1995/1

Judgement Details


Date
06/12/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE FRANCO, MAGRI ALBERT J.
Parties
MAGRO ANNA vs PSAILA EMMANUELA NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
NULLITA`, META TKUN DIKJARATA ESPRESSAMENT MIL-LIGI - RES JUDICATA, IL-GUDIKAT JASSORBI KULL ECCEZZJONI LI KIEN IMISSHA, JEW SETGHET, GIET SOLLEVATA FL-MERTU - RES JUDICATA, IL-GUDIKAT JIKKOMPRENDI DAK KOLLU LI SETA` GIE DISKUSS
Summary
Ghad-decizjoni ta' domanda gudizzjarja josta l-gudikat jekk gia kien hemm kawza ohra li kellha l-elementi ta' l-identita` ta' l-oggett, l-identita' tal-kawza, u l-identita' tal-persuni.

Il-gudikat jassorbixxi kull eccezzjoni li, in mertu ghall-azzjoni kien imissha jew setghet tigi sollevatain relazzjoni ma l-azzjoni stess. U meta hemm il-gudikat mhumiex ammissibbli eccezzjonijiet godda li jkollhom bhala effett li jiddistruggu jew jirrestringu l-effett tal-gudikat.

In-nullitajiet jistghu jkunu jew dikjarati "expressis verbis" jew le. Bhala regola generali, il-ligijiet u d-dottrina, u l-ligi taghna in partikolari, ma jiffavorux in-nullitajiet; anzi jippropendu kemm jista' jkun ghat-tezi tal-validita' tal-att li jkun hemm diskussjoni fuqu. Anki fejn in-nullita` hija dikjarata espressament mil-ligi, hija ma toperax qatt wahedha b'mod li, jekk l-att ikun sentenza, tnaqqas 'motu proprio' il-karattru ta' gudikat ta' dik is-sentenza; imma huwa mehtieg li dik in-nullita` tigiproposta mill-interessati fi zmien utili u b'wiehed mill-mezzi li trid u biss tirrikjedi l-ligi.

Meta s-sentenza tghaddi f'gudikat, ghax ma tigix appellata jew ritrattata, jew ghaliex, jekk appellata jew ritrattata, tigi konfermata, hija ssir irrevokabbli; u ma jkunx aktar lecitu li tinfetahdiskussjoni fuqha, lanqas jekk tkun, forsi, ingusta. Ghax jekk min hu interessat ma juzax mir-rimedji li taghtih il-ligi biex jiwaqqa sentenza bhala nulla, ma ghandux raguni jilmenta mill-inflessibilita` tal-principju ta' l-irrevokabillita' tas-sentenza; u lanqas ma jista' jallega li ma kienx jaf bil-prolazzjoni tas-sentenza, ghax kien dmiru li jsegwi l-kawza fid-diversi differimenti taghha. Ghaldaqstant, meta s-sentenza ssir irrevokabli, il-Qorti ma tistax aktar tidhol fil-kwistjoni sollevatafis-sens illi s-sentenza hija nulla.

Kontra l-gudikat ma jistghux jingiebu deduzzjonijiet li jmisshom ingiebu, u setghu jingiebu, fil-kawza irrevokabilment definita.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info