Referenza: 123/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/10/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
J. MICALLEF BUILDERS LIMITED vs DEGIORGIO PHILIP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO CAMBIARIA, ECCEZZJONIJIET AMMISSIBBLI - ACTIO CAMBIARIA, OBBLIGAZZJONIJIET INDIPENDENTI
Fil-Qosor
F'azzjoni kambjarja l-eccezzjonijiet ghandhom ikunu limitati u ristretti ghad-dokument stess (il-kambjala) u m'ghandhomx jidhlu fil-kamp ta' obbligazzjonijiet ohra. L-azzjoni kambjarja ghandha hajja ghal kollox indipendenti minn kwalunkwe obbligazzjoni li setghet ippreceditha jew obbligazzjoni li setghet iggenerat. L-obbligazzjonijiet emergenti huma dawk li johorgu mis-semplici firem tal-persuni li jidhru fuq il-kambjala.

Filwaqt li hu minnu illi l-eccezzjonijiet personali huma opponibblighall-possessur tal-kambjali li qed jitlob il-hlas taghha u jistghu jirrigwardaw tant l-origini tal-obbligazzjoni kemm l-ezercizzju taghha, u dan a vantagg tal-konvenut kjamat biex jonora l-kambjala,kellu jkun ovvju li l-oggett tal-azzjoni kambjarja ma setax u m'ghandux ikun konfuz mal-oggett li kien jifforma l-obbligazzjoni naxxenti minn negozju u li taha lok ghall-hrug taghha. Il-ligi stess,proprju bl-insistenza fuq l-awtonomija tal-azzjoni kambjarja u bil-limitazzjoni tal-eccezzjonijiet li setghu jinghataw ghaliha, kif ukoll bl-insistenza fuq l-ispeditezza fid-determinazzjoni tal-azzjoni, kienet tiddistingwi u ssalva n-negozju originali li jibqa' soggett ghall-verifika u kontestazzjoni, anki wara li tkun giet determinata l-azzjoni kambjarja u anki wara li tkun giet onorata l-kambjala b'konsegwenza tal-ezekuzzjoni ta' sentenza fuqha moghtija.

L-Artikolu 198 tal-Kodici tal-Kummerc infatti necessarjament jimplika illi eccezzjonijiet li kienu ta' natura personali ghall-possessur u li allura setghu joriginaw minn negozju li taha lok ghall-hrug tal-kambjala imma li setghu idewmu d-determinazzjoni tal-azzjoni kambjarja, kellhom bhala regola jigu skartati. Dan dejjem salv id-dritt li tali eccezzjonijiet jistghu jigu ventilati f'azzjoni li tikkontesta n-negozju originali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni