Reference: 2580/1999/1

Judgement Details


Date
21/10/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CIANTAR CALCEDONIUS NOE vs DIRETTUR TAR-REGISTRU PUBBLIKU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT TAT-TWELID, TISWIJA FIR-REGISTRAZZJONI TAL-MISSIER - FILJAZZJONI, AMMISSJONI TAL-OMM - FILJAZZJONI, AZZJONI TAL-MINURI GHAR-RICERKA TA` STAT DIVERS MINN DAK INDIKAT FIC-CERTIFIKAT TAT-TWELID
Summary
Il-minuri jista` jistitwixxi azzjoni ghar-ricerka ta' stat divers, anke wiehed illegittimu, anki jekk il-persuna indikata bhala missieru fuq l-att tat-twelid ma jkunx istitwixxa azzjoni ta` denegata paternita`.

Biex il-minuri jirnexxi fl-azzjoni hekk intentata ta' ricerka ta' stat divers, anke wiehed illegittimu, irid jintwera li l-istat legittimu ma jkunx marbut tant ma' l-att tat-twelid kemm mal-pussess ta' stat legittimu ('nomen, tractatus et fama' ghal liema jirreferi l-Artikolu 80 tal-Kodici Civili). Meta jonqos wiehed minn dawn l-elementi l-prova tal-filjazzjoni tkun tista' ssirbil-mezzi l-ohra mil-ligi adoperati (Artikolu 82). Tali prova, f'kull kaz, trid tirrizulta preciza, konklussiva u fuq kollox, rassikuranti tenut qies ta' l-importanza ghall-interess tal-minuri.

Ghalkemm id-dikjarazzjoni ta' l-omm mhix sufficcjenti biex teskludi l-paternita` ta' zewgha (Artikolu 70(2)), b'danakollu meta din l-istess dikjarazzjoni tkun akkoppjata ma' elementi u provi ohra bastanti ghal konvinciment dan kollu ghandu jinduci biex tingheleb il-presunzjoni tal-legittimita` tal-minuri sancita fl-Artikolu 67 tal-Kap. 16, u li konsegwentement it-talba ghall-korrezzjoni mitlubafl-Att tat-Twelid ghandha tigi akkolta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info