Referenza: 1340/1983/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/10/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
DEBONO GUSTU vs BUHAGIAR EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BUON VICINAT, PARAMETRI TA` - DRITT TA` PROPRJETA`, LIMITI TA` - INTERESS GURIDIKU, BINI MHUX SKOND IL-PERMESS - PERMESS GHALL-IZVILUPP, AZZJONI GHAD-DANNI META BINI MA JKUNX KOPERT B`PERMESS - PERMESS GHALL-IZVILUPP, AZZJONIJIET DISPONIBBLI LIL TERZI META BINI MA JKUNX KOPERT B`PERMESS - PERMESS GHALL-IZVILUPP, DEJJEM JINHAREG SAVING THIRD PARTY RIGHTS - PROVA, RAPPORT PERITALI
Fil-Qosor
Il-proprjetà hija l-jedd li wiehed igawdi u li jiddisponi minn hwejgu bil-mod l-aktar assolut, bastali bihom ma jaghmilx uzu ipprojbit mil-ligi.

Huwa pacifiku illi permess tal-bini emanenti minn awtorita` kompetenti johrog dejjem bil-monitu "saving third party civil rights". Dan jghodd ukoll fil-kaz ta' kwalsiasi permess iehor jew licenzja anke jekk fihom ma tinghadx din il-frazi.

Jekk bini ma jkunx skond il-permess b`mod illi jikkrea pregudizzju lis-sid ta` fond vicin, is-sid ta` tali fond ikun jista` jagixxi sabiex (a) titnehha l-illegalita` u (b) jigi rizarcit id-dannu.

Il-principju illi l-proprjeta` tinkludi l-jeddijiet "utendi et abutendi" ghandu jkun temprat mid-drittijiet li ghandu ukoll it-terz. Ghalhekk jekk fl-uzu jew fl-ezercizju tad-dritt jarreka hsara lil dan it-terz huwa ghandu jwiegeb ghaliha. Hsara li ma jkunx responsabbli ghaliha jekk dak l-uzu jkun "fil-qies li jmiss".

Il-fehma tat-teknici f'materja ta` natura teknika kellha tiggwida lill-Qorti. F'cirkostanzi bhal dawn ikun pruzuntuz ghall-gudikant li jiddipartixxi bla raguni veramentvalida mir-relazzjoni teknika. Dan mhux biss ghax ma kellux il-mezzi ghad-disposizzjoni tieghu biex serenament jinoltra ruhu fl-aspetti teknici tal-mertu, imma wkoll ghax necessarjament tkun tonqsudik il-konoxxenza mehtiega biex, b'mod kritiku, jasal ghal konvinciment divers minn dak li jkunu waslu ghalih l-esperti minnu nominati.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni