Referenza: 1163/1992/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/11/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
BORG P.L. ADRIAN NOMINE vs FENECH ALFRED ET NOMINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
IMGHAX, IMGHAX KOMPOST - MANDAT, PREZUNZJONIJIET DWAR L-AWTORITA` TAL-MANDATARJU - MANDAT, PROTEZZJONI TAT-TERZ LI JAGIXXI IN BUONA FEDE - OVERDRAFT FACILITIES, CALL IN - OVERDRAFT FACILITIES, DIFFERENZA BEJN MUTWU U - OVERDRAFT FACILITIES, NATURA TA` - PROVA, META HUWA MEHTIEG PERIT KOMPUTISTA - PROVA, META JIGI PREZENTAT RENDIKONT DETTALJAT - SOCJETA` KUMMERCJALI, PREZUNZJONIJIET DWAR IR-RAPPREZENTANZA TA` - SOCJETA` KUMMERCJALI, PROTEZZJONI TAT-TERZ LI JAGIXXI IN BUONA FEDE - SOCJETA` KUMMERCJALI, RAPPREZENTANZA GUDIZZJARJA - SOCJETA` KUMMERCJALI, TNEHHIJA TA` DIRETTUR - TITOLU EZEKUTTIV, FACILITA` BANKARJA
Fil-Qosor
Fil-konfront ta' terzi, kull agent li juri li ghandu awtorita' jagixxi f'isem il-mandant tieghu, ghandu jitqies li kellu l-awtorita' jaghmel dak l-att partikolari. Din, fuq kollox, hija regola biex tipprotegi l-istess terzi.

Il-konvenut m'ghandu ebda dritt jikkontesta l-awtorita' tar-rappresentant ta' kumpanija, peress li din materja li tikkoncerna biss lill-kumpanija u l-azjonisti taghha.

Nonostante dak li jkun gie stipulat fl-att kostituttiv tas-socjeta', kull socjeta' tista' tahtar lill-minn jidrilha hi biex jirraprezentaha fi procedura legali.

Meta terz ikun qed jinnegozja ma' kumpannija in buona fede, hu jkun jista' jitlob l-ezekuzzjoni ta' kull kuntratt maghmul mill-mandatarju f'isem il-kumpannija, jekk dak il-mandatarju kien qed jagixxi fil-parametri ta' l-awtorita` tieghu, indipendentement minn irregolaritajiet interni jew esterni fil-makkinarju tal-kumpannija. Mandatarju jista' jorbot lill-mandant tieghu jekk ikun agixxa fil-parametri tal-awtorita` attwali, implicita jew apparenti tieghu.

L-artikolu li jipprojbixxi l-kalkoli ta' l-imghaxijiet komposti huwa l-Artikolu 1142 tal-Kodici Civili, li jimponi c-cirkustanzi ta' kif u meta kreditur jistajitlob l-imghax fuq l-imghaxijiet maghluqa. Dan l-artikolu jrid jinqara mat-tlieta precedenti li flimkien jirregolaw id-danni dovuti meta jkun hemm ksur ta' obbligazzjoni li jkollha bhala oggett "il-hlas ta' somma determinata" (Art. 1139 tal-Kodici Civili). Dawn l-artikoli qed jitkellmu, allura,fuq obbligazzjoni ta' mutwu, mhux fuq obbligazzjoni naxxenti minn kuntratt ta' overdraft. Kuntrattta' overdraft ma jittrattax obbligazzjoni ta' "somma determinata", tant hu hekk li kuntratt li bih Bank jikkoncedi facilita' lill-klijent, mhux titolu ezekuttiv, izda jehtieg dejjem li jkun hemm sentenza li tikanonizza l-kreditu qabel ma l-Bank ikun jista' jiehu proceduri ezekuttivi fir-rigward.

Kwindi, ma tistax tghid li l-Artikolu 1142 tal-Kodici Civili japplika meta l-Bank jikkoncedi fakolta' ta' overdraft, li hu negozju kummercjali distint mill-mutwu u mhux regolat fil-Kodici Civili taghna.

Apparti din il-konsiderazzjoni, is-sistema adoperata mill-banek li f'kaz ta' konti kurrenti (overdrafts), izzid l-imghax kull sitt xhur fuq il-bilanc, giet accettata mill-Qrati taghna bhala valida u legali f'diversi sentenzi.

Meta kreditur jipprezenta rendikont dettaljat tas-somma minnu pretiza, il-konvenut ma jistax jghid li ma jaqbilx mar-rizultat u jitlob il-hatra ta' espert komputista, jekk, qabel xejn, ma jurix fejn u kif ma jaqbilx mal-istatement tal-kreditur.

Perit komputista jinhatar meta l-Qorti ghandha dubji ragjonevoli dwar il-korrettezza tal-istatement,jew meta jigi indikat lilha nuqqasijiet u difetti fl-istess; altrimenti, meta l-kontijiet jidhru gustifikabbli u l-metodu tal-operat ikun wiehed approvat, dak il-kont ghandu jkun accettat bhala provaadegwata tas-somma mitluba.

Hu risaput li, vis-à-vis it-terz, ir-rappresentanza ta' kumpanijahija vestita f'dawk il-persuni imsemmija fil-Memorandum of Articles tal-kumpanija. Il-kwistjoni tar-rizenja ta' xi direttur li ma tkunx giet registrata, irid jaraha hu mar-Registratur tal-Kumpanniji, pero', din mhix kwistjoni li ser teffetwa kawza li tkun imxiet tajjeb kontra d-diretturi kif kienujidhru fl-atti registrati tas-socjeta'.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni