Reference: 231/1999/1

Judgement Details


Date
17/10/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
SAMMUT BRIFFA PETER ET vs ZAMMIT MARIA DOLORES ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-QRATI ORDINARJI - LOKAZZJONI, MEMBRI TAL-FAMILJA LI KIENU JGHIXU MAL-INKWILIN FIZ-ZMIEN TAL-MEWT TIEGHU - LOKAZZJONI, RILOKAZZJONI FAVUR OKKUPANT LI MA JIKKWALIFIKAX BHALA MEMBRU TAL-FAMILJA TA` INKWILIN LI JKUN MIET
Summary
Fil-kaz ta` kirjiet protetti, it-tribunal specjali ghandu kompetenza limitata: ghandu biss is-setgha li jara ghandux jaghti permess lil sid il-kera ta' raba' li jrid jibdel il-kondizzjonijiet tal-kiri jew irid illi ma jgeddidx il-kiri favur kerrej meta jintemm. Dan ma jfissirx illi kull meta tissemma l-kelma "kera", il-qrati ta' gurisdizzjoni ordinarja jitilfu l-kompetenza.

Jekk ghad-determinazzjoni ta' kwistjoni quddiem qorti ta' gurisdizzjoni ordinarja ikun mehtieg illi qabel xejn tinghata twegiba ghall-kwistjoni incidentali jekk il-konvenut huwiex kerrej jew le, il-Qorti ghandha wkoll is-setgha li taqta' dik il-kwistjoni incidentali. Mhix korretta s-sottomissjoni illi interpretazzjoni tal-ligi specjali tal-kera jista' jaghtiha biss it-tribunal specjali mwaqqaf taht dik il-ligi. Is-setgha tal-Qorti ta' gurisdizzjoni ordinarja tieqaf biss meta l-kwistjoni tkun dwar jekk sid il-kera jistax jibdel il-kondizzjonijiet tal-kiri jew jistax ma jgeddidx il-kiri favur "kerrej" metajintemm.

Il-kiri ta' raba' jew ta' hwejjeg mobbli jispicca wkoll ipso jure bl-gheluq taz-zmien, ghalkemm dan iz-zmien ikun prezunt, ghalhekk ma hu mehtieg ebda kongedo.

Il-kuntratt ta` kiri ma jinhallx bil-mewt ta` sid il-kera jew tal-kerrej sakemm ma jkunx jaqa` taht l-Artikolu 1589 tal-Kodici Civili.

Hemm sentenzi li jsostnu illi meta jmut l-inkwilin li jgawdi l-protezzjonital-ligijiet specjali u min ikun qed jokkupah ma jkunx intitolat ghal dik il-protezzjoni, is-sid ikun irid jaghti kongedo lil dik il-persuna sabiex tiehu l-post lura. Jekk is-sid jonqos milli jaghmelhekk, l-inkwilin il-gdid jakkwista l-protezzjoni tal-ligijiet specjali iure proprio mhux bhala werriet tal-inkwilin decedut. Ghalhekk bil-mekkanizmu ta' rilokazzjoni jinholoq kiri mhares taht il-ligispecjali favur min mhux kerrej skont dik l-istess ligi specjali.

Hawnhekk, il-Qorti tal-Appell ma qablitx ma' dan ir-ragunament u kkonkludiet li l-konvenuti kienu qed jiddetjenu l-fond mertu tal-kawza bla titolu validu fil-Ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info