Reference: 3385/1996/1

Judgement Details


Date
11/10/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
MICALLEF EMANUEL L vs CAMILLERI VICTOR ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, BILANC BEJN LIBERTA` TA` ESPRESSJONI U DRITTIJIET TAL-PRIVAT - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LIBERTA` TA` ESPRESSJONI - LIBELL, FAIR COMMENT - LIBELL, IDENTIFIKAZZJONI TA` PERSUNA - LIBELL, INNUENDO - LIBELL, KIF IRID ISIR L-EZAMI TAL-ARTIKOLU INKRIMINAT - LIBELL, KORRETTEZZA TAL-FATTI - LIBELL, LIBERTA` TA` ESPRESSJONI
Summary
Il-fatt li persuna ma tissemmiex b'isimha f'artikolu ma jfissirx li dik il-persuna ma tistax tagixxitaht il-ligi ta' l-istampa. Kemm-il darba mill-kontenut ta' l-artikolu johrog car min kienet dik il-persuna, l-editur u l-istampatur tal-gurnal huma azzjonabbli u responsabbli ghad-danni kemm-il darba jirrizulta li nghatat malafama.

Ir-restrizzjonijiet li taghmel il-ligi ta' l-Istampa (Kap 248) ghandhom jigu interpretati fid-dawl ta' l-artikolu 41 tal-Kostituzzjoni ta' Malta kif ukoll fl-isfond ta' l-artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif dan jigi interpretat fil-gurisprudenza tal-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet Umani. Dana l-izvilupp fis-sistema legali taghna huwa zvilupp sinifikanti hafna ghal pajjizna billi ma jistax ma jkollux l-effett li jwessa' d-dritt ta' espressjoni. Madanakollu, b'dana l-izvilupp essenzjali, l-istampa ma nghatax ebda passaport ta' immunita`, billi tibqa' dejjem il-htiega li jinzamm sens ta' proporzjon bejn il-liberta` ta' espressjoni u c-censura tal-malafama. Dejjem jinhtieg li jinzamm bilanc bejn il-bzonn li f'socjeta` demokratika jithalla spazju sufficjenti ghal-liberta` li wiehed jikkritika u li jsemma' l-opinjoni u l-gudizzju tieghu, mal-bzonn l-iehor, xejn anqas mehtieg, tad-difiza tar-reputazzjoni, l-unur u l-isemtajjeb, li kull persuna f'socjeta` demokratika ghandha kull dritt li tgawdi.

Sabiex wiehed jiddetermina jekk id-dritt li wiehed jipprotegi r-reputazzjoni tieghu giex mittiefes, wiehed irid ihares oggettivament lejn il-kitba de quo b'mod li wiehed jara x'fehem qarrej ta' intelligenza ordinarjahu u jaqra dak l-artikolu.

Il-linja medjana fejn proprju d-dritt ta' espressjoni libera teccedi lil dik ragonevoli u ghandha tigi punita, ghax issir minflok ksur tad-drittijiet ta' haddiehor,huwa proprju fejn l-espressjoni tigi bbazata fuq fatti skorretti. F'dan il-kaz jonqos il-professjonalizmu u l-istharrig serju u minflok jidher generalizmu ibbazat fuq allegazzjonijiet u ajdut li ma jirrispekkjawx il-fatti.

Allegazzjoni ta' fatt mhux necessarjament tinkiteb espressament u hijasufficjenti l-konkluzjoni li l-qarrej ordinarju jasal ghaliha minn dak li jigi insinwat fl-artikolu.

Ma jistax ikun hemm fair comment sakemm il-fatti kif imfissra fl-artikolu ma kinux sostanzjalment veri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info