Referenza: 172/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/09/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
CAMILLERI MARY ET vs ABELA THOMAS DR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KIRJA - ZGUMBRAMENT
Fil-Qosor
L-appell in ezami hu dwar procedura ta' zgumbrament bazata fuq morozita' fil-hlas tal-kera riferibbilment ghall-fond numru 183, Triq Melita, Valletta mikri lill-appellant. Il-Bord li Jirregola l-Keralaqa' t-talba tas-sidien rikorrenti ghall-fini ta' ripreza u konsegwenti zgumbrament.

L-aggravji tal-intimat appellant huma dawn li gejjin:

(i) li l-ammont tal-kera mitlub ma kienx dovut minnu;
(ii) li l-Bord li Jirregola l-Kera ma kellux gurisdizzjoni;
(iii) it-tielet aggravju hu li ma kien hemm l-ebda ksur ta' obbligazzjoni kuntrattwali jew legali min-naha tieghu.

Skont l-appellant, il-kirja de quo sfat awtomatikament sospiza u kwindi kienu l-Qrati ordinarji u mhux it-Tribunal specjali li kellu gurisdizzjoni li jiehu konjizzjoni tal-meritu in kawza.

Fil-fehma tal-Qorti, stabbilit li l-kirja kienet giet miftehma u ffissata ghal zmien ghaxar snin b'effett mid-data tal-iskrittura, kien allura jsegwi li fid-data li gie intavolat ir-rikors promotorju, l-appellant kien ghadu fil-pussess tal-fond lokat per via ta' rilokazzjoni tacita, igifieri bis-sahha tal-ligi specjali (Kap. 69) u mhux bis-sahha tal-ligi civili ordinarja.

Il-posizzjoni kienet tkun differenti li kieku l-mertu tal-vertenza ma kienx jimplika li skont l-appellant huwa kien ghadukerrej tal-fond de quo. Il-pretensjoni tal-appellant hija li l-perijodu originali lokatizju gie sospiz u li allura huwa kellu jitqies li ghadu fil-perijodu originali u mhux f'dak ta' rilokazzjoni.

Fil-fehma tal-Qorti, il-Bord iddecieda korrettement li kellu gurisdizzjoni fuq it-talba tal-appellati kif dedotta fir-rikors promotorju u ghalhekk dan l-aggravju qed jigi respint.

Dwar l-aggravju relattiv ghall-ammont ta' kera dovut mill-inkwirin, l-appellant jissottometti li stante lihuwa qatt ma accetta li jhallas kera f'dak l-ammont mitlub mis-sid, ma kien hemm xejn cert x'jithallas u l-ebda awment fuq il-kera ma seta' allura jigi ffissat, kif pretiz mill-kontroparti.

Dwar dana l-aggravju din il-Qorti hija tal-fehma li kif tajjeb irritena l-Bord fis-sentenza appellata,hija ma tifhimx kif tezisti skrittura li tispecifika b'kemm ghandha tizdied il-kera u minkejja dankollu l-appellant xorta wahda jippretendi li din il-kera kellha tigi assoggettata ghal kalkoli.

Bil-fatt li l-appellant jallega li dahallu l-ilma minn fond ta' terz, ma kienx jezonerah millijhallas il-kera bl-awment dovut skont il-ftehim. Lanqas ma hu l-kaz fejn l-appellant ghamel xi xogholijiet rimedjali a spejjez tieghu. Jirrizulta in oltre li lill-appelkant kienu sarulu interpellazzjonijiet skont kif titlob il-ligi u ghalhekk anke fuq dan, l-appellant m'ghandu ebda ilment gustifikat x'joffri “in propria difesa”. Dan l-aggravju ghalhekk hu wkoll michud.

L-appellant isostni ukoll li la darba huwa stabbilixxa li minhabba fond ta' terz huwa kien qed jigi impedut milli juzal-fond lokat, huwa kien qed jigi pprivat mit-tgawdija tal-kirja u li s-sid ma ghamel xejn biex jirmedja ghal dan in-nuqqas tat-terz, u li dan kien ifisser li l-kera u kull zmien relattiv kellu jitqies bhala sospiz u kull obbligu da parti tieghu jibqa' hekk sospiz ukoll.

Fil-fehma ta' din il-Qorti, il-ligi civili taghna tiddisponi bic-car fl-artiklu 1541 u 1543 tal-Kap. 16 u dan fis-sens libiex jiskattaw dak li hemm imnizzel fihom irridu qabel xejn isehhu certi grajjiet. Ma jirrizultaxli l-appellant mexa kif hemm fil-ligi. Qabad u arbitrarjament assuma li l-kirja sfat awtomatikamentsospiza u li ebda kera ma kellha kwindi x'tithallas minnu lis-sid. Hu la pprova jirrimedja ghad-difetti allegati minnu, la agixxa b'kawza kontra s-sid, la ghadda biex jiddepozita l-kera dovut u baqa' invece jippretendi biss, kif ghadu sa issa, li qabel kollox is-sid ghadu jara kif isiblu rimedju hu mat-terz. Fic-cirkostanzi ghalhekk anke dan it-tielet u l-ahhar aggravju ma jirrizultax li hu legalment fondat u qieghed ukoll jigi respint.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tal-Appell tiddeciedibilli filwaqt li tikkonferma s-sentenza appellata, tichad l-appell tal-intimat appellant bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra tieghu, b'gimgha zmien mid-data ta' din is-sentenza ghal fini ta' zgumbrament mill-fond lokat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni