Reference: 38/2000/1

Judgement Details


Date
04/10/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
DE RAFFAELE LAURENCE vs CALLUS RAYMOND ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI GHALL OKKUPAZZJONI - EMFITEWSI
Summary
B'kuntratt tat-13 ta' Gunju 1997 l-attur kien ikkonceda fond b'titolu ta' enfiteusi temporanja ghall-17 il-sena lil Carmelo Camilleri versu c-cens annwu ta' LM80 u bil-pajjiet u kondizzjonijiet, fosthom li l-enfiteuta kien obbligat li jzomm il-fond fi stat tajjeb u hekk jirritornah, bil-miljoramentikollha li jkunu saru fih fi tmiem tal-koncessjoni. B'kuntratt in atti Nutar George Cassar, l-enfiteuta assenja d-drittijiet tieghu fuq l-imsemmi fond lill-konvenuti ghar-rimanenti perjodu tac-cens taht l-istess kondizzjonijiet originali.

Wara li skada c-cens u l-fond gie ritornat lill-attur, dan qed jallega li bata danni minhabba l-agir tal-konvenuti. Dawn id-danni huma ta' zewg tipi. Dawk li jirrapresentaw kumpens hekk imsejjah “ghall-okkupazzjoni” billi qed jigi allegat li l-konvenutibaqghu fil-pussess tal-fond ghal xi zmien wara li skada c-cens u ghalhekk qed issir talba ghal hlasta' sena cens. Dwar dan ma jidhirx li tressqu provi. Anzi ghal kuntrarju, l-konvenuti jsostnu li maghandhom jaghtu xejn lill-attur. Din it-talba ghalhekk ma tirrizultax pruvata.

Fit-tieni lok l-attur qed jitlob risarciment ta' danni minhabba hsarat li huwa sab fil-fond wara li rega ha pusses tieghu.

L-ewwel Qorti waslet ghall-konkluzzjoni li t-talba attrici ma ghandhiex tigi milqugha billi l-attur ma ppruvax dak li kien qed jallega stante li ma giex prezentat inventarju u billiwkoll l-attur ma dahalx fil-post in kwistjoni biex jikkonstata l-affarijiet qabel mal-konvenuti xtraw ir-rimanenti perjodu tac-cens.

Din il-Qorti tal-Appell, hlief ghal dak li gja intqal fuqil-kwistjoni tad-danni ghall-okkupazzjoni, ma taqbilx mal-konkluzzjoni ta' l-ewwel Qorti ghar-ragunijiet segwenti:-

a) It-titolu VIII tal-Kap 16 tal-Ligijiet ta' Malta li jittratta dwar enfiteusi jitkellem dwar l-obbligi tal-enfiteuta, liema obbligi jghaddu wkoll fuq is-subenfiteuta meta danikun rikonoxxut, bhal fil-kaz in ezami, bil-hlas tal-laudemju u cnus sussegwenti. L-artikolu 1505 jiddisponi li ic-censwalist ghandu jzomm, u fi zmien li jmiss, irodd lura il-fond, fi stat tajjeb. L-artikolu 1506 li jitkellem dwar miljoramenti jiddisponi li dawn huma tac-censwalist sakemm iddum l-enfiteusi. Ghalhekk l-enfiteuta, matul id-dekorrenza tal-koncessjoni jista' jbiddel l-ghamla taghhom,izda, skont is-subinciz (2) tal-istess artikolu, “ma jistax jeqridhom minghajr il-kunsens espress tal-padrun dirett.” L-artikolu 1521 li jikellem dwar koncessjonijiet temporanji jiddisponi fi f'eghluqil-koncessjoni “l-fond bil-miljoramenti jintradd lill-padrun dirett ipso jure.” Finalment, ghalkemmdan mhux in kawza, l-artikolu 1523 jitkellem dwar il-fatt li c-censwalist ma ghandu ebda jedd ghall-hlas ghall-miljoramenti li jkun ghamel, hlief fil-kazijiet u bil-modalitajiet hemm imsemmija.

b) L-artikolu 1508 tal-Kap 16 jiddisponi li c-censwalist jista', minghajr ma jgharraf lill-padrundirett jew ma jitlob il-kunsens tieghu, jiddisponi mill-fond suggett ghal enfitewsi u mill-miljoramenti, sew b'att fost il-hajjin kemm b'disposizzjoni testamentarja. Mill-atti ma jirrizultax li l-attur kien gie infurmat bit-trasferiment jew li deher fuq l-istess kuntratt.

c) Mill-provi prodotti jirrizulta ex admissis da parti tal-konvenuti li huma ghamlu benefikati fil-fond konsistenti fitlett bibien tal-kewba kif ukoll sink fil-kamra tal-banju. Ghamlu wkoll diversi benefikati ohra, izda t-talba hija limitata ghall-aperturi u s-sink, billi l-miljoramenti l-ohra baqghu fil-post mentrighar-rigward tas-sink u bibien l-istess konvenuti jghidu li huma haduhom maghhom meta telqu ghax kienu ghamluhom huma stess.

d) L-attur ressaq provi li fil-fond kien hemm aperturi, ghalkemm dan ma kienx necessarju ghall-fini tat-talba. Infatti dan illum mhux qed jitlob li jergaw jitpoggew l-bibien tal-kewba li ghamlu u nehhew il-konvenuti, izda qed jitlob li jigu rimpjazzati l-“erba'” bibien tal-“abjad” li huwa jghid li kellu fil-post meta tah originarjament b'cens lil Camilleri li dan stess ikkonferma li l-fond kellu bibien tal-abjad. Ghalhekk fir-rigward tal-bibien t-talba attrici hija aktar konnessa ma' dak li jipprovdi l-artikolu 1505 tal-Kap 16 u cioe r-radd lura tal-fond fi stat tajjeb, milli ghall-miljoramenti li ttiehdu.

Din il-Qorti tikkonkludi li l-ewwel qorti kienet skorretta meta sostniet li l-attur ma pprovax dak li kien qed jallega. Kienet skorretta ukoll meta sostniet li l-attur naqas li jaghmel “access” ossia “inspection” meta sar it-trasferiment lill-konvenuti. Dan l-access qatt ma seta' jsir billi l-attur ma kienx gie notifikat, u lanqas kien hemm ghalfejn jigi notifikat, bl-intezjoni tal-enfiteuta tieghu li ser jittrasferixxi l-koncessjoni enfiteutika.

In-natura tar-relazzjoni bejn l-attur u l-konvenuti kienet tali li kien jinkombi lill-konvenuti mhux biss li, fit-terminazzjoni tal-koncessjoni enfiteutika, jirritornaw l-fond fi stat tajjeb izda ukoll li jhallu dawk l-benefikati ossia miljoramenti kollha fil-fond a beneficcju tas-sid. Ghal kull buon fini jigi rilevat fir-rigward ta' dak li intqal fin-nota tal-osservazzjonijiet tal-konvenuti li aperturi huma “fixtures” li jaccedu mal-fond u ma jistghux jitnehhew fit-terminazzjonital-koncessjoni.

Ghaldaqstant din il-Qorti tal-Appell dvarja s-sentenza tal-Qorti tal-Magistrati (Malta) billi filwaqt li tikkonfermaha fic-cahda tat-talba ghall-kumpens ghall-okkupazzjoni llecita billi ma tresqet ebda prova fir-rigward, tirrevoka l-istess sentenza fejn din cahdet it-talba tal-atturi ghad-danni minhabba hsarat fil-fond mertu tal-kawza, billi f'dan is-sens tilqa' t-talba attrici, tillikwida d-danni taht dan il-kap fis-somma komplessiva ta' LM798.00 u konsegwentement tikkundanna lill-konvenuti jhallsu lill-attur l-ammont hekk likwidat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info