Reference: 1535/1998/1

Judgement Details


Date
02/10/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
CAMILLERI CARMEN NOE ET vs BELLIZZI JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, OKKUPAZZJONI TA` FOND WAQT PROCEDURI GUDIZZJARJI - DANNI, RESPONSABILITA` GHAD-DANNI TAL-PARTI SOKKOMBENTI FI PROCEDURI GUDIZZJARJI - QUI SUO IURE UTITUR, NON VIDETUR DAMNUM FACERE
Summary
Il-parti soccombenti fi proceduri gudizzjarji ma tistax tinzamm responsabbli ghad-danni bis-semplicifatt tal-kontestazzjoni. Izda dawn l-istess sentenzi, b'rispett ghall-kwalifika li tissemma fl-artikolu 1030 citat u cioe li l-uzu tal-jedd ghandu jkun fil-"qies li jmiss" dejjem rritenew li sabiex l-uzu ta' dak id-dritt ma jaghtix lok ghad-danni, jrid jghaddi t-test tal-arbitrarjiet jew kapricozita' tal-pretensjoni ta' dak li jkun.

Danni hija kelma generika li ma tistax tigi nkwadrata ulimitata biss ghall-kazijiet partikoalri. Huwa minnu li sid il-fond li jagixxi ghar-ripreza ta' proprjeta' tieghu okkupata minn terz abbuzivament, generalment huwa jitlob u jigi akkordat kumpens in linea ta' danni hekk imsejha ghall-okkupazzjoni, li generalment, izda mhux limitatament, jirraprezentaw dik il-kera li sid il-fond setgha ppercepixxa kieku l-istess fond gie mikri. U dan mhux necessarjament jkun ekwiparat mal-kera precedentement imhallsa izda kull kera li l-istess fond seta' jattira skond is-suq. Izda fil-kaz fejn sid il-kera jkun intenzjonat li jbieh l-fond in kwistjoni, bhal fil-kaz in ezami, u dan il-bejgh jigi ostakolat bl-agir tal-persuna li tkun qed tiddetjeni l-fond, id-danni jistghu jkunu ben oltre l-valur lokatizzju tal-fond. Jista' per ezempju jkun hemm dritt ta' kumpens minhabba li l-bejh jigi sfrattat u jirrizulta li bejh sussegwenti jattira prezz anqas.

Fil-kaz in ezami ma garax hekk. Infatti l-akkwirenti prospettiv baqa' jissaporti sakemm l-kuntratt seta' jigi pubblikat in vista tal-fatt li l-fond kellu jigi trasferit "with vacant possession". Ghalhekk l-atturi kienu intitolati biss ghat-telf effettiv soffert minnhom minhabba d-dewmin kagunat mill-konvenut meta naqas li jikkonsenja l-pussess vakanti tal-fond. Dan it-telf gie korrettament ekwiparatghall-imghaxijiet fuq l-ammonti li kellhom jigu percepiti izda li gew imhallsa zmien wara.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info