Reference: 1095/1997/1

Judgement Details


Date
02/10/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
CALLEJA MARIANNA vs CALLEJA FRANCIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ZWIEG, NULLITA` MINHABBA VJOLENZA MORALI, FIZIKA JEW BIZA`
Summary
L-artikolu 19 (1) (a) tal-Kap 255 jipprovdi li:-

"B'zieda mal-kazijiet fejn zwieg ikun null skond xi dispozizzjoni ohra ta' dan I-Att, iz-zwieg ikun null:-

jekk il-kunsens ta' xi wahda mill-partijiet ikun inkiseb bi vjolenza, sew fizika jew morali, jew biza'.

Biex pressjoni ndipendentement minn konsiderazzjonijiet ohra, tista` tinvalida l-kunsens matrimonjali, din il-pressjonitrid tammonta ghal vjolenza morali jew biza' esterna ta' natura irrezistibbli, cjoe` trid tkun pressjoni li ddeterminat kompletament l-ghoti ta' dak il-kunsens.

Sabiex vjolenza morali twassalghal effett li tinvalida z-zwieg trid tkun (i) ingusta, (ii) gravi, u (iii) determinanti.

"Fl-ewwel lok il-biza' trid tkun gravi; fit-tieni lok, il-persuna li qed jesercitaha jrid ikun kapaci, presumevolment li jesegwixxi dak li jhedded li jaghmel; u fit-tielet lok il-biza' trid tkun motivprincipali ghaliex il-persuna tasal li tizzewweg, biex tevita l-konsegwenzi tat-theddid.

Il-vjolenza morali trid tkun ta' natura tali li tkun invincibbli u ma taghti ebda possibilta` lil min ikun li jisfuggi minnha.

Il-biza` ta' nies li huma superjuri jew il-genituri tista' f'certi kazi tkun tali li taffetwa l-kunsens. B'dan mhux qed jigi ntiz, biza` fis-sens ta' suggizzjoni esagerata, imma trid tkun gravissima u ta' certa entita`. L-indinjazzjoni tal-genituri kbira kemm tkun kbira ma ghandhiex tigi konsiderata bhala gravi. Il-biza` li wiehed jitkecca mid-dar jew li jitlef xi wirt, jew li jsofri xi danni finanzjarji mhux bizzejjed. Izda jekk ikun hemm theddid, glied spiss, uminacci serji u gravi, dawn jistghu jaffetwaw il-persuni b'biza` li taqa' taht l-artikolu 19 (a).

Il-kunsens moghti taht l-effetti ta' vjolenza fizika jew morali, jew b'biza', mhuwiex kunsenshieles u ghalhekk ma jistax jitqies li hu validu biex jorbot il-parti konsensjenti.

IllL-Atttaz-Zwieg tan-1975 kien impona limitazzjoni ta' sena zmien, dekorribbi minn meta l-persuna li kienettat il-kunsens vizzjat, tigi mehlusa mill-vjolenza (artikolu 20 (c)). Din ir-restrizzjoni applikabbli wkoll ghall-kaz ta' zball fuq l-identita' tal-persuna, giet skartata fl-emendi introdotti fis-sena 1981, b'rikonoxximent tan-natura essenzjali tal-kunsens matrimonjali bhala att kostituttiv taz-zwieg. Jekk il-kunsnes ma jkunx integru minhabba vizzju msemmi fil-Ligi, ma hemmx possibilta' li dan il-kunsens ikun jista' jigi sanat. Iz-zwieg jitqies ab initio null.

Bl-emendi tal-1981, il-biza' giet introdotta bhala vizzju ta' kunsens ghall-fini tan-nullita' taz-zwieg donnu b'zieda ghall-kuncett ta' vjolenza morali. Fil-fatt, ezami tal-gurisprudenza rotali turi li l-"is animo illata" jew"moral coercion" hu relattat mal-biza f'relazzjoni ta' kawza u effett. Il-biza' hija l-effett tal-vjolenza. Izda id-dicitura tal-artikolu 19 (1) (a) thalli possibilta' li l-biza' tigi kkunsidrata bhala kap ta' nullita' apparti dak ta' vjolenza morali.

Vjolenza fizika jew morali tammonta ghalpressjoni ezercitata minn agent estern fuq persuna li tkun ser tizzewweg b`mod li tinfluwenza l-azzjonijiet taghha. Il-biza` hija l-effett li l-forza, kemm fizika kif ukoll morali, tinduci f`mohh il-persuna li tkun ser tizzewweg.

Biza` reverenzjali tista` twassal ghal nullita` taz-zwieg. Hawnhekk l-attrici kienet tqila b`tarbija meta zzewget u fil-fatt hija zzewget minhabba l-pressjoni ezercitata mill-genituri taghha minhabba t-tqala taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info