Referenza: 883/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/09/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
ZARB JOHN vs PORT COTTONERA LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
MANDAT KAWTELATORJU, DANNI SUBITI IN KONNESSJONI MA` - MANDAT KAWTELATORJU, GARANZIJA - MANDAT KAWTELATORJU, INTERPELLAZZJONI QABEL IL-HRUG TA` MANDAT GHALL-FINIJIET TA` L-ARTIKOLU 836(8)(B) TISTA` SSIR BI KWALSIJASI MOD U M`HEMMX GHALFEJN TKUN KWANTIFIKATA - MANDAT KAWTELATORJU, PENALI - MANDAT KAWTELATORJU, REVOKA TA` - MANDAT KAWTELATORJU, SIGURTA` ADEGWATA - QUI SUO IURE UTITUR, NON VIDETUR DAMNUM FACERE
Fil-Qosor
L-artikolu 836 (1) (c) tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta jikkontempla t-thassir tal-Mandat jekk tkun tezisti sigurta' adegwata ohra li tkun tista' tissodisfa l-pretensjoni tas-sekwestrant.

Kreditu dovut minn terz ma jammontax ghal garanzija adegwata. Lanqas titolu ta` enfitewsi temporanejam'hu garanzija agedwata peress illi tali titolu jista` jigi rexiss. Garanzija moghtija minn kumpannija estera mhix garanzija adegwata minhabba d-diffikultajiet inerenti fil-gbir ta` tali garanzija kif ukoll minhabba l-fatt li f`dan il-kaz is-solvibilita` tal-garanti ma kienetx maghrufa.

Bl-istess mod-sigurta` marbuta mas-success ta` progett edilizju giet ritenuta bhala wisq incerta u dipendenti fuq diversi fatturi (fosthom, is-success tal-progett) u ghalhekk mhux adegwata.

Ghalkemm l-art. 836 (8)(b) tal-Kap. 12 jikontempla hlas ta' penali jekk jigi muri li, qabel it-talba ghal-hrug tal-Mandat, ma tkunx saret interpellazzjoni ghall-hlas, din l-interpellazzjoni mhux necessarjament tkun bil-miktub, u lanqas ma hu mehtieg li l-interpellazzjoni tkun ta' somma determinata, specjalment meta l-kreditu jkun ghad irid jigi likwidat.

L-Artikolu 838A tal-Kap. 12 jipprovdi li l-Qorti tista', meta tintwera kawza gusta ghal dan, malli ssirilha talba b'rikors mill-persuna li kontriha jkun inhareg att kawtelatorju, tordna lil dik il-parti li tkun talbet il-hrug ta' l-att kawtelatorju sabiex taghti, fi zmien stabbilit mill-Qorti, garanzija xierqa ghall-hlas ta' penali li tista' tigi imposta u ta' danni u imghax, u fin-nuqqas, li tnehhi l-att kawtelatorju.

Skond dan l-artikolu, allura, minn johrog att kawtelatorju jista jigi ordnat jaghti garanzija biex taghmel tajjeb ghad-danni u/jew penali li jista jkun possibili skond il-ligi.

Il-principju assodat mill-gurisprudenza lokali hija li ezercizzju ta' dritt ma jista' qatt iwassal ghar-responsabbilta' ghad-danni, sakemm dak id-dritt ma jkunx abbuzat u jkun ezercitat fil-limiti permessibili mil-ligi. Ghalhekk, gie deciz li min jiftah il-kawza u jitlifha, ma jkunx responsabbli ghad-danni, sakemm il-ftuh tal-kawza ma jkunx sar b'mod vessatorju. Huwa meta persuna tagixxi kapriccosament jew b'mala fede, lihija tista' tkun responsabbli ghad-dani li jsegwu l-agir irresponsabbli taghha.

Fil-waqt li jista` jkun li c-cirkustanzi ta' meta min ikun hareg mandat kawtelatorju jista jinsab responsabbli ghad-danni, mhux limitati ghal dak provdut fl-artikolu 836(8) tal-Kap. 12, ir-responsabbilita' trid tohrog mill-applikazzjoni tal-artikolu 1031 u 1032 tal-Kodici Civili (Kap. 16), b'mod li jkun responsabbli biss jekk jagixxi b'imprudenza, b'negligenza jew mhux bil-hsieb ta' bonus pater familias.

Ghalhekk ghandhom japplikaw is-segwenti principji:

1. Huwa principju fundamentali illi minjezercita dritt li jispetta lilu ma jistax jitqies li f'dan l-ezercizzju ikun responsabbli ghall-hsara li bhala konsegwenza jista' jbaghti haddiehor, in omagg ghall-massima "qui suo iure utitur non videtur damnum facere", bil-konsegwenza li d-dritt ghar-rikors ghall-protezzjoni tal-Qorti, huwa drittli l-ezercizzju tieghu mic-citaddin ma ghandhu bl-ebda mod jigi mxekkel.

2. Tali dritt tac-cittadin ghar-rikors lejn il-Qorti ma ghandux jigi abbuzat.

3. Il-fatt li t-talba ta' min ipprovoka l-proceduri tigi michuda mill-Qorti, bl-ebda mod ma jfisser necessarjament li sar abbuz mid-dritt li tigi adita l-Qorti. Dan ghaliex ghalkemm il-ligi hija l-istess ghal kulhadd, huwa veru ukollli l-ligi hija soggetta ghal diversi, interpretazzjonijiet li l-partijiet jafdaw fil-gudikant biex jinterpreta u jiddeciedi dwarhom.

4. Tali abbuz jigi riskontrat biss f'kazijiet eccezzjonali udan kwazi dejjem f'kazijiet ta' vessatorjeta' nascenti minn mala fede jew dolo jew almenu negligenza gravament kolpuza, fejn min ikun agixxa lill-Qorti ghall-hrug ta' tali mandat kawtelatorju ikun ibbaza fuq cirkostanzi manifesti li jkunu minghajr ebda fondament la fil-fatt u lanqas fid-dritt u lijintwerew bhala vessatorji. Madanakollu apprezzament zbaljat tal-fatti li fuqhom tkun bazata azzjoniu tal-konsegwenzi guridici derivanti mhux bizzejjed sabiex jillegittima talba ghad-danni da parti tar-rebbieh tal-kawza.

5. Dan l-ahhar principju huwa bbazat fuq il-fatt li l-element ta' vessatorjeta' jimplika abbuz tad-dritt ta' azzjoni gudizzjarja. Id-dritt jieqaf fejn jibda l-abbuz. Minjagixxi in mala fede jew in segwitu ghal zball grossolan jista` jigi kkundannat ihallas id-danni lill-avversarju tieghu.

Minn ezami tal-istess ragunijiet jidher car, li apparti xi ragunijiet specifici li gew introdotti per se fl-istess artikolu, l-ispirtu tal-istess artikoli huwa intiz, sabiex bhal ma stabbilit fil-gurisprudenza konstanti ezistenti qabel il-promulgazzjoni tal-istess emendi,ma jkunx hemm abbuz minn tali hrug ta' mandati kawtelatorji, u dan l-abbuz huwa identifikat f'kazijiet ta' mala fede, vessatorjeta' u negligenza grossolana.

Tali kazijiet ma eliminawx per principju l-azzjoni generali ghad-danni, dejjem fil-kuntest u b'konsegwenza ta' dritt ta' azzjoni, pero'in verita' u fil-prattika tali azzjoni, diretta ghall-hrug ta' mandati kawtelatorji, giet illum kristalizzata bl-istess Artikolu 836 (9). Dan ghaliex l-istess artikolu introdott bil-ligi tal-1995, ikkodifika u applika l-principji elenkati fil-gurisprudenza ta' qabel in materia, dwar l-ezercitazzjoni ta' azzjoni ta' danni wara l-hrug ta' mandat kawtelatorju, u minn ezami ta' l-istess ragunijiet hekk elenkati, huwa difficili li wiehed jahseb li hemm ragunijiet barra dawk elenkati fl-istess Artikolu 836, fejn l-azzjoni in generali tista' tirnexxi.

Ghalhekk ir-responsabbilita' ghad-danni,naxxenti minn proceduri gudizzjali ssib il-limitazzjoni taghha fl-artikolu 836 (8) tal-Kap. 12, b'zieda li tista wkoll tiddependi mill-vessatorja u/jew il-mala fede ta' dak li jkun nieda dawk il-proceduri ai termini tal-artikolu 1031 tal-Kap. 16.

Hawnhekk il-Qorti irriteniet li l-intimat kellu prima facie bazi guridika li fuqha seta' jagixxi u s-somma kawtelata ma kienetx tidher prima facie eccessiva ghalhekk il-qorti qieset li ma kienx hemm lok li tigi imposta garanzija skond l-artikolu838A tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni