Reference: 1694/1997/1

Judgement Details


Date
28/06/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
GALEA DR WILFRED ET vs DEBONO VIOLET ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, DIZABILITA` PSIKIKA - DANNI, KOMUNJONI TAL-AKKWISTI - DANNI, RESPONSABILITA` GHAL PERSUNA MIGNUNA - DANNI, RESPONSABILITA` TAL-KOMUNJONI TAL-AKKWISTI GHAL REAT LI JKUN SAR BIR-RIEDA MINN WIEHED MILL-MIZZEWGIN - DANNI, RESPONSABILITA` TA` PERSUNA MIGNUNA - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, RESPONSABILITA` GHAL REAT LI JKUN SAR BIR-RIEDA MINN WIEHED MILL-MIZZEWGIN
Summary
L-Artikolu 1327(f) tal-Kodici Civili jipprovdi li bla hsara ghal dak illi jghid l-art. 1329 tal-Kodici Civili (obbligazzjonijiet li jsiru separatament minn wahda mill-partijiet), il-komunjoni ta' l-akkwisti tbati dejn jew indennizz dovut bhala rimedju civili minn xi wahda mill-partijiet fiz-zwieg izda biss meta dak l-indennizz ma jkunx dovut bhala rimedju civili dwar reat li jkun sar bir-rieda bhar-reat ta` ingurja.

L-Artikolu 1034 tal-Kodici Civili jipprovdi li kull min jiehu hsieb ta' wiehed minuri jew ta' mignun, hu obbligat ghall-hsara li jaghmel il-minuri jew il-mignun meta huwa majkunx ha l-hsieb ta' missier tajjeb tal-familja biex il-fatt ma jigrix.

L-Artikolu 1035 tal-Kodici Civili jipprovdi li l-imgienen it-tfal ta' taht l-eta' ta' disa' snin, u, meta ma mxew bil-hazen, it-tfal ukoll li ma jkunux ghalqu l-età ta' erbatax-il sena, mhumiex obbligati ghall-hlas tal-hsarat maghmulin minnhom; izda jibqa' shih il-jedd ta' min ikun bata l-hsara ghall-azzjoni, meta hemm lok ghaliha, kontra dawk li huma obbligati ghal dawk il-hsarat, skond l-ahhar artikolu qabel dan.

Ir-ragel ta` mara mignuna jitqies li huwa wiehed mill-persuni li ghandhom jiehdu hsiebha ghalhekk jista` jinsab responsabbli ghall-hsarat kagunati minnha indipendentment mill-fatt li r-responsabilita` ghall-hsara ma tkunx wahda li ghaliha tbati l-komunjoni tal-akkwisti.

Hawnhekk l-attrici kienet giet ingurjata mill-konvenuta u minhabba dik l-ingurja hi bdiet issofri minn anomalija psikologika ta` natura kronika. Bhala konsegwenza ta' din il-kondizzjoni, l-attrici kienet issibha iebsa hafna biex taghmel l-affarijiet ta' kuljum illi kienet taghmel regolarment qabel l-incident ghaxkienet tbati minn nuqqas ta' hegga u ta' energija, u kienet sejra tibqa' tehtieg ghajnuna medika u psikologika. Il-Qorti waslet ghall-konkluzjoni li dan l-agir tal-konvenuta kkawza danni reali konsistenti f`damnum emergens u lucrum cessans (spejjez medici u telf iehor).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info