Reference: 665/1986/1

Judgement Details


Date
21/06/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI GINO
Parties
CACHIA STEVE ET vs CUTAJAR NICHOLAS ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
KONVENJU, IL-PROCEDURA FL-ARTIKOLU 1357(2) TAL-KAP. 16 MA TISTAX TINTUZA MINN PARTI INADEMPJENTI BIEX ITTAWWAL L-EFFETTI TAL-KONVENJU
Summary
Skond il-provedimenti tal-artikolu 1357 tal-Kodici Civili l-weghda li ghamlu l-partijiet versu xulxin permezz tal-konvenju in kwestjoni hi vinkolanti. Il-partijiet obbligaw ruhhom reciprokament li jersqu ghall-att definittiv ta' bejgh skond il-pattijiet u kundizzjonijiet kif kontenuti fl-istess konvenju. L-istess artikolu inoltre jipprovdi li l-effetti tal-istess weghda jispiccaw meta jghaddi z-zmien miftiehem. Dan iz-zmien pero' jista jinkiser jekk parti wahda, qabel ma jiskadi l-istess zmien,issejjah lill-parti l-ohra permezz ta' att gudizzjarju sabiex isir il-bejgh relattiv. F'kaz li l-parti l-ohra tonqos li tersaq ghall-kuntratt definittiv, ghandha ssir citazzjoni, bit-talba li titwettaq il-weghda, u dana fiz-zmien kif stabbilit fl-istess disposizzjonijiet;

Dawn id-disposizzjonijiet pero' ma jistghux jitqiesu li huma effettivi fil-konfront ta xi parti li, in effett, tkun trid li tersaq ghall-att definittiv. Dawn id-disposizzjonijiet qeghdin hemm sabiex jistabilixxu procedura kif parti ghall-konvenju tista tissalvagwardja d-drittijiet taghha naxxenti mill-istess konvenjufil-kaz li l-parti l-ohra tkun qed tirrifjuta li tersaq ghall-att definittiv ta' bejgh kif obbilgatruha li tghamel fil-konvenju. Parti wahda f'konvenju ma tistax tuza dawn id-disposizzjonijiet biex ittawwal l-effetti tal-konvenju in vista tal-fatt li l-istess parti ma tistax tersaq ghall-att definittiv minhabba xi nuqqas taghha stess. F'dan il-kaz jirizulta li dan kien x'riedu jghamlu l-atturi, cioe' li jitawlu l-effetti tal-konvenju in vista tal-fatt li kien ghadhom ma kellhomx il-finanzjamentnecessarju sabiex jakkwistaw il-proprjeta in kwestjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info