Referenza: 128/2012

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/02/2017
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GRIMA EDWINA
Partijiet
IL-PULIZIJA vs MIFSUD RAYMOND
ECLI
ECLI:MT:AKI:2017:105068
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Illi dan kien kaz fejn il-Qorti kkonfermat is-sejbien ta' htija dwar traffikar ta' persuni. Illi il-ligi dwar ir-reat tat-traffikar tal-persuni ghal skopijiet ta' prostituzzjoni u cioe' l-artikolu 248B tal-Kap.9 gie introdott mill-legislatur permezz ta'l-Att III ta'l-2002, (sussegwentement emendat)sabiex tigi in linja mal-ligijiet internazzjonali li kienu qed jiggieldu kontra dan ir-reat gdid likienu qed jiehu dimenzjoni dinjija, ewlenija fosthom l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra r-Reati Organizzati Transnazzjonali tal-15 ta' Novembru 2000 (l-ewwel strument globali mahsub kontra n-networks kriminali u biex ihares lil persuni mill-iskjavitù, mill-isfruttament sesswali u mill-impjiegi illegali) u l-Protokoll ghall-Prevenzjoni, Soppressjoni u Kastig tat-Traffikar tal-Persuni, Specjalment ta' Nisa u Tfal, li jissupplementa din il-Konvenzjoni.
X'inhu l-ghan wara l-prosekuzzjonita' dan ir-reat serju? Ir-risposta tinsab fil-Preambolu 3 ghad-decizjoni kwadru surrefirta:- “It-traffikar tal-bnedmin jinvolvi vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u d-dinjità umana u jinvolvi prattici bla hniena bhall abbuz u l-qerq ta' persuni vulnerabbli, kif ukoll l-uzu tal-vjolenza, theddid, jasar tad-dejn u sfurzar.”




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni