Referenza: 116/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/05/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
ARRIGO NOEL V., FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Partijiet
REGISTRATUR TAL-QRATI SUPERJURI vs MANDUCA ANTHONY ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, GURISDIZZJONI ESKLUSSIVA TAL-PRIM` AWLA TAL-QORTI CIVILI FI PROCEDURI GHAL - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, NATURA TAL-PROCEDURI
Fil-Qosor
Id-dover ta` Qorti li tkun tat l-ordni biex jittiehdu proceduri ghal disprezz m'huwiex dak li hija stess tipprocessa u tikkundanna lil min kontra taghha kellhom jittiehdu l-passi izda li taghti dawk l-ordnijiet lir-Registratur biex dan jiehu l-passi opportuni skond il-ligi.

Bil-fatt li proceduri ghal disprezz huma kkonsidrati li huma ta' indole kriminali, xorta wahda jistghu jinstemghu mill-Prim'Awla tal-Qorti Civili. Taht il-provvedimenti tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta hija l-Prim' Awla tal-Qorti Civili li ghandha kompetenza esklussiva li tiehu konjizzjoni ta` proceduri ghal disprezz.

Bil-fatt li minflok li l-procedura ssir u tigi deciza necessarjament minn dik l-istess Qorti li tat id-digriet biex jittiehdu proceduri ghal disprezz lejn l-Awtorita' taghha tinstema' minnQorti Civili ma jfissirx li b'daqshekk dik il-Qorti tkun rrinunzjat ghal xi dritt spettanti lilha kwantu ghar-rispett dovut lejha jew ghall-amministrazzjoni sewwa tal-gustizzja.

Fir-realta' mahemm l-ebda kontesa bejn il-Qorti u l-konvenut. Di fatti l-procediment ghad-disprezz huwa stabbilitmil-ligi, aktar milli bl-iskop li tigi kustodita d-dinjita' tal-Qorti, biex tigi tutelata l-amministrazzjoni tajba tal-gustizzja.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni