Reference: 459/2015

Judgement Details


Date
27/10/2016
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GRIMA EDWINA
Parties
IL-PULIZIJA vs CARABOTT VINCENT-MARTIN
ECLI
ECLI:MT:AKI:2016:103108
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Illi f'dan il-kaz li kien jirrigwarda intimidazzjoni ta' gudikant, l-appellanti fix-xhieda tieghu quddiem il-Qorti tal-Familja kien qieghed jimmina bis-shih ir-reputazzjoni tal-kwerlanti meta beda jimplika fl-aktar termini cari u inekwivoci illi l-gudikant kienet qed tigi influwenzata fid-decizjonitaghha, li ma kenitx imparzjali u indipendenti mix-xkiel tal-emozzjonijiet u kompromessi li iwasslusabiex parti tigi favorita a detriment ta'l-ohra. Sentimenti illi gudikant ghandu jistmerr u jistkerrah, li ghandu joqghod ‘il boghod minnhom. Implika allura l-appellanti illi l-kwerelanti kienet nieqsa mill-kwalitajiet li necessarjament u legalment ghandhom isawwru lill-gudikatur u li huwa/hija j/tintrabat bihom fil-gurament tal-hatra tieghu/taghha. Dana allura ma hu xejn ghajr ingurja gravi diretta kontra l-persuna ta' imhallef intiza biss biex ixxeklu/ixxekilha fil-qadi ta' dmirijietu/ha. Mhux biss izda wara li l-appellanti ghamel dawn id-dikjarazzjoni ingurjuzi, huwa imbaghad ghadda sabiexjaghmel theddida sottili fejn allura ipprova jinfluwenzaha fid-decizjoni li kellha tiehu dwar it-talba ghall-izgumbrament mid-dar matrimonjali. Hedded allura li jekk id-decizjoni tkun sfavorevoli ghalih huwa kien ser imur jaghtiha fastidju billi jalloggja barra ir-residenza taghha. L-intenzjoni ta'l-appellanti allura kienet wahda u cioe' dik ta'l-intimidazzjoni tal-gudikant biex b'hekk hija tigiinfluwenzata fid-decizjoni taghha, u dan sabiex din tkun wahda favorevoli ghalih. Din l-imgieba certament kienet wahda mhux biss censurabbli izda ukoll kriminuza fit-termini ta'l-artikolu 93 tal-Kodici Kriminali billi l-att inkriminatorju sehh filwaqt tal-qadi ta' dmirijiet il-gudikant bil-hsieb liibezza' jew jinfluwixxi fuqha kontra il-ligi fil-qadi tad-dmirijiet marbuta mal-kariga taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info