Referenza: 16/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/04/2002
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GALEA DEBONO JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA (SPT.S.MICALLEF) vs BORG D'ANASTASI SAVIOUR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOMPARIXXI, INDIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU LI JIKKONTEMPLA R-REAT - SENTENZA, INDIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU LI JIKKONTEMPLA R-REAT - SENTENZA, INDIKAZZJONI ZBALJATA TAL-KUNJOM TA` L-IMPUTAT - SENTENZA, META TINGHATA KONTRA PERSUNA LI MA TEZISTIX - SENTENZA, NULLITA` TA`
Fil-Qosor
Skond l-art. 92 (1) Kodici Civili, tifel illegittimu, jekk ikun gie maghruf b'ibnu mill-missier, jiehu il-kunjom tal-missier, li mieghu jista' izid il-kunjom ta' l-omm, diversament jiehu il-kunjom tal-omm. Pero' skond is-subinciz (2)(b),it-tehid ta' kunjom il-missier japplika biss - fil-kaz ta'persuna maghrufa mill-missier qabel l-l ta' Jannar, 1966 - fil-kaz ta' persuni li jigu dikjarati mill-Qorti li kienu dejjem igibu kunjom il-missier u din id-dikjarazzjoni tista' tinghata biss f'kawzamigjuba permezz ta' citazzjoni u l-Qorti li taghmel din id-dikjarazzjoni ghandha tordna li tigi registrata fir-Registru Pubbliku permezz ta' nota fil-margini tar-registrazzjoni relattiva fir-registru tal-att tat-twelid.

Fil-kaz fejn jirrizulta li sentenza appellata inghatat fil-konfront ta' persuna li m'ghandix il-kunjom korrett u preciz tal-appellant dan ma jgibx ghan-nullita' tas-sentenza appellata imma jista' jwassal biss ghall-dikjarazzjoni ta' din il-Qorti li is-sentenza appellata mhux esegwibbli kontra l-appellant.

L-art. 360 (2) tal-Kodici Kriminali li jiddisponi x'ghandu jkun fiha ic-citazzjoni, ma jsemmix li l-akkuzat ghandu jigi mgharraf bl-artikoli tal-ligi jewregolamenti li tahthom kien qed jigi akkuzat bhala wiehed mid-dettalji li ghandhom ikunu inkluzi fic-citazzjoni, kuntrarjament ghal dak li hu provvdut fl-art. 382 tal-istess kodici li jghid li is-sentenza ghandha issemmi "l-artiklu ta' dan il-Kodici jew ta' kull ligi ohra li tkun tikkontempla r-reat" vot li gie osservat mill-ewwel Qorti fis-sentenza Taghha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni