Referenza: 7/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/06/2002
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
GALEA DEBONO JOSEPH
Partijiet
MUGLIETTE EDMOND vs REGISTRATUR TAL-QORTI TAR-REVIZJONI TAL-
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LEGITTIMU KONTRADITTUR - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, MIN HU LEGITTIMU KONTRADITTUR META TIGI ALLEGATA VJOLAZZJONI MINN QORTI JEW TRIBUNAL
Fil-Qosor
L-Art. 181B tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta jipprovdi li l-Gvern, igifieri l-istat, ghandu jkun rapprezentat fl-atti u fl-azzjonijiet gudizzjarji mill-kap tad-dipartiment tal-Gvern u li jkun inkarikat fil-materja in kwistjoni. Barra minn hekk is-subinciz (2) tal-istess artiklu jipprovdi ukoll lil-Avukat Generali jirraprezenta l-Gvern f'dawk l-atti w azzjonijiet gudizzjarji li minhabba n-naturatat-talba ma jkunux jistghu jigu diretti kontra dipartimenti ohra tal-Gvern. Mela huwa l-Avukat Generali li jirraprezenta lill-Gvern in rapprezentanza tal-Istat.

Ir-registratur tal-Qorti ma jistax jitqies responsabbli ghal allegata vjolazzjoni perpetrata minn membru tal-gudikatura. Ghal vjolazzjoni ta` din in-natura ghandu jirrispondi l-Istat. Huwa ben saput li fid-dritt Kostituzzjonali ukonvenzjonali li l-Gudikatura hija indipendenti mill-Ezekuttiv u certament ma tistax titqies bhala Dipartiment tal-Gvern. Ghalhekk kawza kostituzzjonali bazata fuq allegata vjolazzjoni kommessa minn membru tal-gudikatura ghandha tigi istitwita kontra l-Avukat Generali in rapprezentanza tal-Istat Malti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni