Reference: Volume 78 (1994), Part No. 2, Section 2, Page 192

Judgement Details


Date
20/07/1994
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Parties
PAUL AZZOPARDI NOE ET vs GUIDO FALZON ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DEZERZJONI - DIGRIET TA' - MINHABBA NUQQAS TA' NOTIFIKA TAL-PETIZZJONI TA' L-APPELL FI ZMIEN SENA
Summary
Ma tistax titqajjem in-nullita' ta' sentenza ghab-bazi tal-fatt li l-atti tal-kawza ma gewx legittimati wara l-mewt ta' wiehed mill-kontendenti jekk il-persuna li tqajjem dan l-aggravju kellha ukoll interess li l-atti jigu regolarizzati u jekk din il-persuna naqset li tghaddi l-informazzjoni relattiva biex il-proceduri jigu regolarizzati. Meta l-Qorti tigi indikata lilha l-ezistenza ta' att gudizzjarju, ma tistax dik il-Qorti tippenalizza dik il-parti jekk l-istess ma tipprezentax kopja awtentika ta' l-istess att gudizzjarju, peress illi l-atti gudizzjarji huma atti ta' dawn il-Qrati u ma hemmx bzonn li l-ezistenza u l-konsistenza taghhom jigu ppuvati mill-parti. Jispetta lill-Qorti illi jekk ma tridx tivverifika hi, tordna lill-parti illi ggib il-prova, imma ma tistax tippenalizza lill-parti ghaliex din tkun naqset milli taghmel il-prova ta' l-ezistenza ta' dawk l-atti. Fir-rigward ta' komputazzjoni ta' imghaxijiet, tezisti gurisprudenza illi fil-kaz ta' kont kurrent, il-banek jistghu jikkapitalizzaw l-interessi ghal zmien inqas minn sena; imma meta tkun saret il-kjuzura u likwidazzjoni tal-kont kurrenti,din il-kapitalizzazzjoni ma tistax issir jekk mhux skond il-ligi. Ghalhekk, mal-kjuzura tal-kont kurrent il-banek mhumiex iggustifikati li jkomplu jikkonsidraw l-istess kontbhala li baqa' miftuh sabiex ikomplu jaddebitaw lid-debitur bl-imghaxijiet komposti u 'ledger charges'. Minflok jenhtieg li l-imghaxijiet jigu aggustati b'mod li jigu aggustati b'mod li jigu kkalkolati bir-rata ta' 8% bhala interessi semplici.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info