Reference: Volume 70 (1986), Part No. 3, Section 2, Page 411

Judgement Details


Date
31/01/1986
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
BORG COSTANZI VICTOR A.
Parties
ANTHONY ZAMMIT vs MICHAEL ZERAFA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Summary
Ma jistax jinghad illi hemm xi disposizzjoni tal-ligi li tipprojbixxi ftehim li jippermetti r-revizjoni tac-cens kull hames snin. Il-Qrati taghna ga' esprimew ruhhom fis-sens illi klawsola li tippermetti r-revizjoni tac-cens skond il-flattwazzjoni li taghmel l-isterlina ma twassalx biex wiehed jghid illi c-cens ma jkunx imsemmi f'somma msemmija espressament fil-kuntratt. Jekk il-bazi tal-kalkolazzjoni hija wahda, certa, u determinata fil-kuntratt allura jigi li kalkolazzjoni ta' l-ammont tac-cens maghmula fuq dik il-bazi tirrendi wkoll l-ammont tac-cens wiehed specifikament espress fil-kuntratt. Huwa permezz ta' dik il-kalkolazzjoni tac-cens fuq dik il-bazi il jigi stabbilit l-ammont preciz tac-cens il-gdid u xejn ma jghodd jekk fil-mument meta jsir il-kuntratt jista' jkun (anzi fil-fatt hekk ikun) illi l-partijiet stess tal-kuntratt ma jkunux jafu ghal kemm precizament sejjer jilhaqdana l-ammont wara certu dekorriment ta' zmien. Huwa minnu li d-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 1582 ma jippermettu ebda tibdil fl-ammont tac-cens u ebda tnaqqis minhabba tibdil fic-cirkostanzi jewminhabba xi accident. Imma dana ma jfissirx ili c-cens miftiehem fil-kuntratt ma jistax jitbiddel jew jitnaqqas meta jkun mahsub ghal dana t-tibdil gew tnaqqis fil-kuntratt ta' l-enfitewsi stess.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info