Reference: Volume 77 (1993), Part No. 2, Section 2, Page 178

Judgement Details


Date
28/05/1993
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
AGIUS CARMEL A., HERRERA JOSEPH A., MUSCAT AZZOPARDI GODWIN
Parties
ANTHONY MUSCAT vs JOHN JOSEPH CAMILLERI U ANTHONY MUSCAT BHALA DIRETTURI, GHAN-NOM U IN RAPPRESENTANZA TAS-SOCJETA' "EDUCATIONAL ENTERPRISES LIMITED" U B'DIGRIET TAS-26 TA' APRIL, 1989, IL-QORTI ORDNAT IL-KJAMATA IN KAWZA TA' OSCAR MIZZI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPOGG - AZZJONI PERSONALI - AZZJONI REALI - DRITT PERSONALI - DRITT REALI
Summary
Is-socjeta' konvenuta fil-kors tal-bini appoggjat ma' proprjeta' ta' l-attur. Il-konvenuti nomine sussegwentement ittrasferew lill-kjamat fil-kawza bil-kondizzjoni "liberu u frank". L-ewwel Qorti kkundannat lill-kjamat fil-kawza jhallas. Il-kwistjoni fil-kawza kienet espressa f'dawn it-termini cari mill-Qorti ta' l-Appell: jekk gar jappoggja ma' hajt divizorju u qabel ma jhallas id-dritt ta' l-appogg, jittrasferixxi l-fond lil terz, jista' s-sid li originarjament bena l-hajt divizorju jfittexdirettament lil tali terz? Il-Qorti ta' l-Appell skartat l-interpretazzjoni moghtija mill-ewwel Qorti illi l-hajt ta' appogg isir komuni malli jsir il-hlas favur l-interpretazzjoni illi l-ligi kjarament taghti d-dritt lill-gar li jappoggja basta jhallas. Irriteniet illi l-interpretazzjni korrettata' l-artikolu in kwistjoni hija illi dritt ta' appogg ta' min jappoggja jgib mieghu l-obbligu tal-hlas. Dan igib il-konsegwenza illi s-sid tal-hajt komuni ghandu d-dritt jitlob ghall-hlas primarjament minghand min ezercita l-appogg u in difett ta' hlas, ghandhu d-dritt li jirreklama l-pagament minghand l-aventi kawza fl-istess. Jekk l-utent originali ma jhallasx, min jibqa' jgawdi l-uzu tal-hajt wara l-utent originali, bhala aventi kawza minnu, ghandu certament l-obbligu li jhallas, salv ir-relazzjonijiet interni bejnu u bejn l-awtur tieghu. Il-Qorti ghalhekk irriformat is-sentenza appellata fis-sentenza appellata billi kkundannat kemm lill-konvenut kif ukoll lill-kjamat fil-kawza jhallsu lill-attur salv ir-relazzjonijiet bejn l-istess konvenut u kjamat jibqghu impregudikati.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info