Referenza: Volum 29H (1935), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 754

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/11/1935
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
ROSARIO TABONE vs SALVATORE TABONE ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART 115, 1156 U 1196 TA' L-ORD VII TA' L-1868. - DEPOZITU TAL-PREZZ - DIFFERENZA BEJN IZ-ZEWG XORTA TA' RKUPRU - EZERCIZZJU TAR-RETRATT KONVENZJONALI - JEKK TINVALIDAX IR-RETRATT - KONDIZZJONIJIET FIC-CEDOLA - KONTRA MIN JISTA' JIGI EZERCITAT - KUMPRATUR ORIGINALI U TERZ POSSESSUR - RETRATT LEGALI U RETRATT KONVENZJONALI
Fil-Qosor
Tant fir-retratt legali kemm fit-retratt konvenzjonali, l-azzjoni ta' l-irkupru tista' tigi ntentatamhux biss kontra l-kumpratur, imma anki kontra kwalunkwe possessur ta' l-immobili. Il-venditur ta' immobili li jzomm il-patt tar-retratt konvenzjonali jista' jezercita d-dritt tar-retratt kontra t-terz possessur anki meta fl-akkwist tat-terz possessur ma jkun hemm xejn li jsemmi d-dritt rizervatmill-bejjiegh. Min jezercita r-retratt konvenzjonali jista' jezercitah kontra x-xerrej u kontrat-terz possessur flimkien, avvolja kien jaf li x-xerrej it-trasferixxi l-fond lit-terz possessur, jekk it-trasferiment ma giex lilu intimat b'att gudizzjarju. Jekk irid, huwa jista' jhalli barra lill-kumpratur originali f'kaz ta' trasferiment, imma mhux obligat ihallieh barra; biss mhux obligat jinkludieh. Fir-retratt konvenzjonali l-bejgh jigi rizolut ghal kollox, f'mod assolut; mentri fir-retratt legali l-bejgh jigi rizolut in parti, billi minflok il-kumpratur jigi sostitwit ir-retraent.Min jezercita r-retratt konvenzjonali kontra l-kumpratur originali u t-terz possessur flimkien, ujiddepozita favur it-tnejn biex id-depozitu jinghata lil min imissu, ma jkunx qieghed jimponi xi kundizzjoni li tirrinkola d-depozitu. Ir-regola hija li d-depozitu ma ghandux ikun vinkolat; imma jista' jaghtli l-kaz illi r-retraent ikun jista' jinserixxi fic-cedola ta' l-irkupru xi modalita' dwaril-konsegwiment tad-depozitu, minghajr ma jigi nvalidat id-depozitu u r-retratt, meta dik il-modalita' tkun gusta u ma tistax tigi sostitwita b'semplici rizerva.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni