Referenza: Volum 29H (1935), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 706

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/10/1935
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
MARIA CONETTA LIBRERI vs EDGAR STAINES NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 978 U 979 TAL-PROCEDURA CIVILI - FUNDAMENT - INTERESS LI JIKKOSTITWIXXI DANA L-ISTITUT - INTERESS TAD-DIFENSURI LI JKUNU PREZENTI FIHA - INTERVENT VOLONTARJU U INTERVENT KOATT - KAWZA TA' RITASSA - KJAMATA IN KAWZA - META HEMM LOK LI TIGI MILQUGHA T-TALBA TAS-SEJHA FIL-KAWZA - ORDNI PUBBLIKU
Fil-Qosor
Il-ligi taghna, barra mill-intervent volontarju, tirrikonoxxi l-intervent koatt, jigifieri l-kjamatafil-kawza, tant fuq talba tal-partijiet kemm 'ex officio'. Il-kjamata in kawza hija kostitwita mill-interess tal-persuna li tkun; u malli jigi rikonoxxut dan l-interess, il-Qorti ghandha d-dover li tordnaha. L-interess mehtieg biex jiggustifika dana l-provvediment huwa dak stess li huwa rikjest biex tigi proposta azzjoni jew biex tista' tigi opposta kontestazzjoni. Imma dana l-interessjista' jkun anki l-komunjoni tal-kontroversja, fis-sens illi l-kjamat fil-kawza, minghajr ma jigi kundannat jew liberat, ikun jista' jizviluppa r-ragunijiet tieghu favur jew kontra l-attur. F'kawza ta' ritassa ta' drittijiet id-difensuri ghandhom interess, u hemm lok li jigu msejhin fiha. Id-dispozizzjonijiet tal-ligi dwar l-integrazzjoni tal-process huma ta' ordni publiku, u ma jistghux jigu derogati bil-volonta' tal-privati. Il-gurisprudenza topponi l-kjamata fil-kawza ta' min kelluinteress meta jigi mharrek min originarjament ma kellu ebda interess li jigi mharrek, u mhux meta jigi mharrek originarjament min kellu interess u mbaghad jirrizulta li hemm hadd iehor li ghandu komunanza ta' interess.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni