Referenza: Volum 68 (1984), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/06/1984
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
SCHEMBRI CARMELO, AGIUS CARMEL A., BORG COSTANZI VICTOR A.
Partijiet
ANTHONY DEBONO NOE vs L-ONOREVOLI PRIM MINISTRU IN RAPPREZENTANZA TAL-GVERN TA' MALTA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BEJGH - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM - KODICI - KONDIZZJONIJIET TA' - KOSTITUZZJONI - KURSAAL - LIGI - NULLITA' TA' - POLITIKA SOCJALI - PROPRJETA' - SUBBASTA
Fil-Qosor
Ir-rikorrent kien qieghed jitlob dikjarazzjoni mill-Prim'Awla tal-Qorti Civili li l-Atti numri IV uXI ta' l-1984 kienu nulli billi kienu jivvoljaw id-disposti tal-Kostituzzjoni dwar tehid ta' proprjeta` minghajr kumpens xieraq. Dawn il-ligijiet kienu jipprovdu ghall-kondizzjonijiet specjali fil-bejhg b'subbasta ta' kursaal, lukanda jew fabbrika. Il-Prim'Awla tal-Qorti Civili llimitat ruhha biex tiddikjara inkostituzzjonali biss l-artikolu 3 ta' l-Att XI ta' l-1984. Il-Qorti Kostituzzjonalirriformat, cahdet tar-rikorrent u ddikjarat li l-ebda parti ta' dawn il-ligijiet ma kienet tilledid-disposti kostituzzjonali dwar proprjeta`. Il-Qorti rriteniet li ghalkemm il-Kodici ta' Procedurau Organizzazzjoni Civili kien salvat mill-Kostituzzjoni dan ma setax jinghad ghall-emendi lill-istess Kodici. Dawk l-emendi kellhom ikunu konformi ma' dak li tipprovdi l-Kostituzzjoni. Il-Qorti rriteniet ukoll li l-ligijiet in kwistjoni ma kinux jikkostitwixxu vjolazzjoni tad-dritt ta' proprjeta`tar-rikorrent billi l-bejgh b'subbasta kien espressament ikkontemplat mill-Kostituzzjoni fl-artikolu37 (2) (f) u (h). Kien dejjem possibbli ghad-debitur li jehles il-proprjeta` tieghu mis-subbasta billi jhallas id-dejn; ghalhekk ma setax jinghad li kien hemm vjolazzjoni tal-Kostituzzjoni. Inoltre, kien legittimu ghal-legislatur li fit-tfassil ta' ligijiet li jikkoncernaw il-proprjeta' jiehu inkonsdierazzjoni l-aspett socjali tal-kwistjoni u jaghmel b'mod li kemm jista' jkun jissalvagwarda x-xoghol ta' l-impjegati tad-debitur.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni