Reference: Volume 46B (1962), Part No. 1, Section , Page 192

Judgement Details


Date
27/04/1962
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., GOUDER TANCRED
Parties
LUCIA AZZOPARDI ET. vs MARIA VELLA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
INKONVENJENT - INTERPRETAZZJONI - KUNTRATT - LOKAZZJONI - PROVA
Summary
Il-ligi tghid illi kull persuna ghandha tigi meqjusa li ppromettiet jew stipulat ghaliha nnifisha, ghall-eredi taghha, u ghall-aventi kawza minnha; pero' l-ligi taghmel espressament eccezzjoni ghall-kaz illi l-kuntrarju jkun stabbilit espressament mill-ligi, jew miftiehem bejn il-partijiet, jew ikunjidher minn natura tal-ftehim. B'mod illi, jekk mil-fatti jidher illi min ftiehem jew stipula ghamlu fl-interess tieghu personali biss, minghajr idea li jittrasmetti d-drittijiet li huwa jkun irrizerva ghalieh lill-eredi jew aventi kawza tieghu, dawn ma jistghux jippretendu li jgawdu dawk id-drittijiet hekk rizervati minnu huma wkoll. Fost il-kazijiet li fihom il-prova orali hija ammissibbli kontra l-miktub hemm dak meta l-prova hija diretta biex tipprova ftehim kollaterali li ma jirrizultaxmill-miktub; dik ir-regola, li ma humiex ammissibbli provi orali kontra l-miktub, ma teskludix li jigi pruvat ftehim verbali li jammonta ghal kondizzjoni li ghaliha kien suggett il-ftehim li sar bil-miktub, u li ghaliha kienet suggetta l-ezekuzzjoni tal-ftehim miktub. Certament hu veru, bhala principju, illi meta l-kuntratt hu assolutament car u bla dubju ma jistghax jigi nvokat kontra l-ftehim ta' dak il-kuntratt xi inkonvenjent li jigi kagunat bl-ezekuzzjoni ta' dak il-kuntratt; imma meta l-ftehim, fic-cirkustanzi kollha, jista' jiftiehem f'zewg modi, allura l-argument tal-inkonvenjent, bhal l-argument tal-assurdita', jista' jkollu sahha kbira fl-interpretazzjoni tal-ftehim. Hekk, fil-kaz ta' lokazzjoni li fiha l-lokatur izomm certi drittijiet fuq il-fond mikri lill-kerrej li l-ezercizzju taghhom jikkrea nkonvenjent kbir lill-kerrej, jekk tqum kwistjoni jekk dawk id-drittijiet il-lokatur irrizervahomx ghalieh innifsu biss u personalment, jew irrizervahomx ukoll favur minn jigi warajh, l-inkonvenjent kreat bl-ezercizzju ta' dawk id-drittijiet ghandu jkollu piz kbir fis-soluzzjonital-kwistjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info