Reference: Volume 46B (1962), Part No. 1, Section , Page 254

Judgement Details


Date
28/05/1962
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
ANTHONY SALIBA vs MARY CARUANA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"ALTERNATIVE ACCOMODATION" - ART. 10 TAL-KAP. 109 - BORD TAL-KERA - HANUT - LOKAZZJONI - SULLOKAZZJONI
Summary
Dar mikrija ammobilita bl-iskop li tigi sullokata bhala dar tal-abitazzjoni ma tistghax titqies "ghal dik ir-raguni biss" bhala hanut fis-sens tal-Ligi tal-Kera; u dan l-anqas meta l-kerrej ikun jezercita n-negozju ta' kiri ta' djar ammobiliti biex jerga' jissullokahom; u ghalhekk, dan il-fatt ma jipprekludix lis-sid milli jitlob lura l-pussess tal-fond. Dan il-fatt tfisser biss illi s-sid ma jistghax jinvoka s-sullokazzjoni bhala raguni ghat-talba tieghu ghar-ripreza ta' pussess tal-fond. U sabiex is-sid ikun jista' jaghmel it-talba ghar-ripreza ta' pussess tal-fond ma hux mehtieg li qabelhu jottjeni mill-Bord tal-Kera r-revoka tal-fakulta' tas-sullokazzjoni minnu koncessa lill-inkwilinfil-kuntratt tal-kiri, u illi fil-fatt meta ssir it-talba ghar-ripreza tal-pussess, ma jkunx hemm sullokazzjonijiet korrenti. Il-fatt illi, skond il-kuntratt tal-kiri, l-inkwilin kellu d-dritt li jissulloka, u l-fatt illi fiz-zmien tat-talba tas-sid ikun hemm korrenti sullokazzjoni koncessa legittimament mill-inkwilin u l-fond ikun okkupat mis-subinkwilin, minnhom innfushom ma jeskludux it-talbaghar-ripreza ta' pussess; u tibqa' biss il-kwistjoni jekk is-sid jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-ligi, cjoe' li hu jkollu bzonn tal-post, almenu fi grad ragjonevoli, u li l-"hardship" tieghu, jekk it-talba tieghu tigi michuda, ikun akbar minn dak tal-inkwilin jekk l-istess talba tigimilqugha. U jekk l-inkwilin ma jkunx jabita fil-fond, ma jkunx il-kaz li tigi kunsidrata l-kwistjoni tal-ezistenza o meno ta' "suitable alternative accomodation"; u lanqas ma jkun il-kaz li jigi kunsidrat il-"hardship" tas-subinkwilin.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info