Reference: Volume 42C (1958), Part No. 1, Section , Page 764

Judgement Details


Date
31/05/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
SPIRIDIONE L. MIZZI NE. vs FELICE BUHAGIAR
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1643 TAL-KODICI CIVILI - BOARD TAL-KERA - DESTINAZZJONI TAL-FOND - FOND URBAN - GHALQA - KOMPETENZA - LOKAZZJONI - MAHZEN
Summary
Biex jigi stabbilit jekk fond huwiex rustiku, jew ghalqa, inkella fond urban, jehtieg li jigi stabbilit l-uzu li ghalieh gie mikri l-fond. L-uzu hu dak miftiehem fil-kuntratt tal-kirja; fin-nuqqas ta' dan il-ftehim, l-uzu hu dak li jista' jigi prezunt mic-cirkustanzi; u hu car li l-ewwel dokument li ghandu jigi konsultat biex wiehed jara jekk kienx hemm ftehim dwar dan l-uzu, huwa appuntu l-iskrittura tal-lokazzjoni. Jekk din l-iskrittura tkun irreperibbli, il-Qorti ghandha tghaddi l-quddiem biex tistabbilixxi d-destinazzjoni tal-lokazzjoni kif tista' tigi prezunta mic-cirkustanza. F'din l-indagini l-Qorti ghandha tinvesti "inter alia", x'seta' kien l-oggett tal-kirja, u l-professjoni tal-konduttur, ghalkemm dawn ic-cirkustanzi jistghu jkunu tant varji li ma jistghux jigu preveduti mill-ligi, u ghalhekk ma tistghax tigi dispensata fil-materja s-saggezza u l-esperjenza tal-gudikant. Jekk il-Qorti, wara li tezamina l-fatturi relattivi ghall-kaz ispecje tasal ghall-konkluzjoni li l-fond, ghalkemm materjalment huwa ghalqa, pero' kein inkera ghal skop iehor ma ghandux x'jaqsam mal-biedja, imma ghal skop ta' fond urban, bhal ma kien, fil-kaz prezenti, dak ta' post ta' depozitu ta' rham rikjest ghall-ezercizzju tas-sengha ta' marmista tal-konduttur, il-fond ma ghandux jigi kunsidratbhala rustiku; u kompetenti biex jiehu konfizzjoni ta' talba ghar-ripreza ta' pussess ta' dak il-fond huwa l-Board tal-Kera.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info