Referenza: Volum 42C (1958), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 844

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/01/1958
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
JAMES MICALLEF vs LORETO BORG ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"DAMNUM EMERGENS" - "LUCRUM CESSANS" - AGGRESSJONI - DANNI - OFFIZI PERSONALI - PARTI CIVILI - SOLIDARJETA' - SPEJJEZ TA` KAWZA KRIMINALI
Fil-Qosor
Jekk aktar minn persuna wahda huma ko-awturi ta` fatt illecitu u jinkonkorru materjalement ghalieh,u mhux possibbli li tigi determinata l-estensjoni tad-dannu kagunat minn kull wiehed minnhom, huma responsabbli di fronti ghall-attur danneggjat solidalment; salv bejniehtom li jirregolaw f'gudizzju separat, jekk hekk jidhrilhom, ir-responsabbilita` singola ta` kull wiehed minnhom. Id-danni jistghujkun tali li jidhlu fil-klassifika ta` "damnum emergens", kif ukoll f'dik tal-"lucrum cessans". Jekk id-danneggjat iqabbad avukat biex jaghmillu rapport lill-Pulizija kontra d-danneggjant u biex ihares, bhala parti civili, l-interess teighu fil-proceduri kriminali li jsiru kontra d-danneggjant, hukwistjonabblijekk id-dritt li hu hallas li dak l-avukat buwiex ripetibbli minn ghand id-danneggjantbhala danni; l-ghaliex ladarba sar ir-rapport lill-Pulizija, u din hadet il-passi mehtiega, il-prosekuzzjoni tal-akwza kienet f'idejha, u hija supposta li tmexxi l-kawza. Fl-iskedi annessi mal-Kodici Kriminali ma jirrizultax, fir-relazzjonijiet bejn ir-rapportanti u r-rapportat, meta jkun hemm kawza li tistitwixxi ruhha "ex officio" mill-Pulizija Ezekuttiva, il-kaz ta` dritt ta` assistenza legali tal-parti rapportanti bhala parti civil; u jekk dan fil-prattika qiegehd isir, fil-fatt isir u ghandu jghodd fir-relazzjonijiet tar-rapportant u d-difensur li huwa jqabbad, imma mhux biex ir-rapportat. Jekk mbghad, id-danneggjat ikun qabbad zewg avukati minflok wiehed, huwa jkollu d-dritt ghar-rimmborz, meta jkun il-kaz, tad-dritt ta` avukat jew legali iehor imqabbad mid-danneggjat "to watch the case" tikkostitwixxi spiza li ma ghandha qatt tigi riversata fuq id-danneggjant. Dan, pero`, ghandu jirrifondi lid-dannegjat l-ispejjez li hu jinkorri biex l-avukat minnu mqabbad jaghtieh parir u jirredigilu r-rapport ghall-Pulizija




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni