Reference: Volume 42C (1958), Part No. 1, Section , Page 798

Judgement Details


Date
14/08/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J.
Parties
SALVATORE D'AMATO vs GIUSEPPE CIANTAR ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"TENANT" - ART. 1661 TAL-KAP. 23. - ART. 2 (C) TAL-KAP. 109. - BOARD TAL-KERA - HANUT - KONGEDO - LOKAZZJONI - RILOKAZZJONI
Summary
Il-Ligi tal-Kera, fl-art. 2(c), bil-kelma "kerrej ("tenant") tifhem, fil-kaz ta' hanut, u meta l-kerrej ma jhallix warajh armel jew armla, dawk il-persuni li jkunu jigu minnu, mid-demm jew bi zwieg, sal-grad ta' kugin, basta li f'dan l-ahhar kaz, dawk il-persuni jkunu werrieta tal-kerrej li miet. Hu veru li gie diversi drabi ritenut mill-Qorti tal-Appell Taghna, anki fil-gurisdizzjoni taghha superjuri, illi d-definizzjoni tal-kelma "tenant" fl-imsemmija ligi ma teskludix il-werrieta; izda, ghadli dik il-propozizzjoni tista' tidher f'xi whud mill-kazi li gew quddiem dik il-Qorti bhala li gietstabbilita b'mod generiku, hu naturali li f'kull kaz il-fatti specje kienu partikulari, u ma jidherx li fost dawk il-kazijiet kien hemm dak fejn si trattava minn hanut u l-werrieta kienu ghal kolloxbarranin mill-kerrej li miet; u ma jidherx li jista' jkun hemm dubju illi l-eredi barranin huma eskluzi minn dik id-definizzjoni. Dik id-definizzjoni tirrikjedi z-zewg hwejjeg flimkien , i.e. minn banda l-wahda l-konsangwineita' jew l-affinita', u mill-banda l-ohra l-kwalita' ta' eredi. Fil-kaz ta' hwienet, ghad li hija bazi u kondizzjoni "sine qua non", dik il-kwalita' mhix bizzejjed, wehedha,biex dak l-eredi jkun kompriz fid-definizzjoni, imma jehtieg li tkun akkoppjata maghha l-konsangwineita' jew l-affinita' sal-grad ta' kugin; u l-art. 1661 tal-Kodici Civii, li jghid illi l-lokazzjonima tispiccax bil-mewt tal-lokatur jew tal-kerrej, ma jistax jinnewtralizza jew jiddiskonoxxi d-dispozizzjoni espressa tal-Ligi tal-Kera. Izda b'daqshekk biss is-sid ta' hanut li miet, u li jhalli bhala werriet tieghu bniedem barrani minnu ghal kollox li baqa' jokkupa l-hanut wara l-mewt tal-awtur tieghu, ma hux intitolat jirriprendi l-pussess ta' dak il-hanut; ghax jekk il-werriet, avvolja barrani, baqa' jokkupa l-fond, huwa ghandu titolu iehor biex jiddetjeni dak il-fond, avvolja huwa ma jistax jinvoka dan id-dritt "jure successionis". U tabilhaqq, id-definizzjoni fuq imsemmija tal-kelma "tenant" hi rilevanti biss fil-kaz li s-sid jippretendi li jirrifjuta r-rilokazzjoni fl-gheluq taz-zmien tal-kiri li jkun ghadu miexi meta jmut il-kerrej; ghax jekk dak iz-zmien jaghlaq u topera ruhha r-rilokazzjoni tacita, il-persuna li favur taghha tigri din ir-rilokazzjoni ssir kerrej "in testa propria", u tkun protetta mill-Ligi tal-Kera "bhala tali", u mhux minhabba d-definizzjoni fuq imsemmija. U dan ghaliex, malli miet il-kerrej, il-lokazzjoni ma spiccatx, skond il-ligi ordinarja, u ssuktat ghaz-zmien li kien baqa' minnha fl-eredi tieghu; u billi dan, ghalkemm eredi, hu barrani ghall-mejjet, u l-Ligi tal-Kera ma kienetx "protanto" applikabbli ghalieh, il-pozizzjoni tieghu ghar-rigwardtar-rilokazzjoni tal-fond, meta gie biex jaghlaq iz-zmien li kien korrenti meta miet l-awtur tieghu,kienet regolata biss mill-Kodici Civili, u ghalhekk is-sid seta' dak iz-zmien, minghajr permess tal-Board tal-Kera, jimpedixxi r-rilokazzjoni billi jaghtieh avviz kif trid il-ligi. Jekk dan ma sarx,u dak il-werriet baqa' fil-godiment tal-fond, issir favur tieghu rilokazzjoni li tohloq bejnu u bejn is-sid rapport dirett ta' inkwilinat "jure proprio", li jidhol bhala tali taht il-protezzjoni tal-Ligi tal-Kera. Kieku s-sid ikun ta lil dak il-werriet il-kongedo skond il-ligi qabel ma saret ir-rilokazzjoni, it-talba tieghu ghar-ripreza ta' pussess tal-fond kienet tkun tiswa; imma kwalunkwe kongedo wara li operat ruhha r-rilokazzjoni tacita ma jiswa xejn; u jekk is-sid ikun agixxa kontra dak il-werriet quddiem il-Board tal-Kera biex jizgumbrah, dak l-att tieghu stess hu bizzejjed biex jiddistruggi l-effett tal-kongedo; ghax il-kongedo maghmul wara l-ewwel rilokazzjoni, li rrendiet lill-werriet "inkwilin", u kwindi protett mill-Ligi tal-Kera, hu inutili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info