Reference: Volume 32F (1946), Part No. 4, Section 2, Page 1072

Judgement Details


Date
16/12/1946
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs ANTHONY CUSHIERI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"LICENZA" - "NUISANCE" U "ANNOYANCE" - APPELL - ART. 115 (B) TAL-KAP. 13. - BON VICINAT - FORN - INKONVENJENT
Summary
Il-fatt li wiehed ikollu licenza tal-Pulizija biex izomm forn ma jezimihx mir-responsabilita' li ghandu skond il-Ligijiet tal-Pulizija li juza dak il-forn b'mod li ma jdejjaqx jew li ma jkunx ta' inkonvenjent ghall-girien. Anzi hija kondizzjoni insita fil-licenza, bla ebda bzonn li tigi espressament enuncjata, illi l-uzu awtorizzat ghandu jkun skond u fil-limiti tal-ligi; u l-licenza ma tippregudikax id-dritt tat-terzi, li huwa protett mill-ligi. Biex tkun indotta responsabilita' civili hemm bzonn li tigi ecceduta l-mizura ta' bon vicinat li r-rigwardi taghha jimponu li tigi formalment rispettata; mentri biex tigi ndotta responsabilita' kriminali hemm bzonn li l-fatt ikun tali li jikkostitwixxi "nuisance", jigifieri li l-inkonvenjent ikun gravi u mhux facilment tollerabili. Kazijiet ta'inkonvenjent hafif ma jaqghux taht is-sanzjoni penali. Barra n-"nuisance" il-ligi ssemmi wkoll l-"annoyance". "Nuisance" huwa dak l-inkonvenjent li jolqot mil-lat materjali, mentri l-"annoyance" tolqot il-lat morali. Meta l-Magistrat ikun illibera u l-Prosekuzzjoni tappella ghax tallega illi l-Ewwel Qorti ghamlet enuncjazzjoni zbaljata ta' l-ipotesi tal-ligi, ma hix accettabili l-eccezzjoni ta' l-inappellabilita' tas-sentenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info