Reference: Volume 43B (1959), Part No. 1, Section , Page 78

Judgement Details


Date
30/01/1959
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., GOUDER TANCRED
Parties
AVUKAT DR. ANTONIO CARUANA vs DOTTOR EDGAR BUHAGIAR NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1625 U 1627 TAL-KAP. 23 - ART. 758(1) U TARIFFA "G" NRU. 22(A) TAL-KAP. 15 - CITAZZJONI - KONSENJA TAC-CWIEVET - LOKAZZJONI - NULLITA' - PREFISSJONI TA' TERMINU - REGISTRATUR - RITASSA - SPEJJEZ GUDIZZJARJI - TASSAZZJONI
Summary
Citazzjoni li biha l-attur jitlob illi dikjarazzjoni dwar il-validita' jew le ta' lokazzjoni ghandhatigi taxxata skond it-Tariffa "G" annessa mal-Kodici tal-Procedura Civili, u biex domanda ghall-kundanna tal-konvenut li jikkonsenja c-cwievet, bi prefissjoni ta' zmien ghall-konsenja, u bl-awtorizzazzjoni lill-attur li jbiddel is-serratura f'kaz ta' inadempjenza fit-terminu prefiss, tigi ntaxxatabhala domanda wahda, u mhux bhala tliet artikoli kif giet taxxata, turi bizzejjed x'ried l-attur, specjalment ghal min kien jaf minn qabel x'kienet il-pretensjoni tal-attur, ghalkemm kien ikun ahjar kieku l-attur ikkoncepixxa u nizzel it-talba tieghu ahjar. Ghaldaqstant, ic-citazzjoni b'dik id-dicitura mhix irrita; u skond il-gurisprudenza l-aktar recenti, biex citazzjoni tigi ritenuta irrita fuqdifett ta' forma, jehtiegu ragunijiet gravi. Jekk, mbghad, il-konvenut, li qajjem dik l-eccezzjonital-irritwalita' tac-citazzjoni,jissokkombi fil-meritu tal-eccezzjoni u jigi kundannat ihallas parti mill-ispejjez relattivi ghal dik id-decizjoni; u fil-waqt li jakkweta ruhu ghad-decizjoni fil-meritu tal-eccezzjoni, jappella dwar is-sehem ta' spejjez li hu gie kundannat ihallas, id-decizjoni fil-meritu ma tistax tigi sinkakata mill-Qorti tal-Appell, u ghandha titqies bhala irrevokabbilment gusta; u l-aktar li tista' taghmel il-Qorti fl-Appell huwa li tara jekk kienx hemm xi raguni 'specjalissima' li ghaliha l-konvenut appellant, sokkombenti fl-eccezzjoni tieghu, kellu jigi mehlus minn kullsehem tal-ispejjez relattivi ghal dik l-eccezzjoni. Talba biex tigi dikjarata l-ezistenza jew ta' lokazzjoni ghandha tigi ntaxxata "ad valorem"; u meta l-azzjoni hi dwar l-ezistenza jew il-validita'tal-kuntratt, il-valur li fuqu ghandha ssir it-tassazzjoni, ghandu jkun, fil-kaz ta' bini, is-sommatal-kera ta' rata wahda. L-iskadenzi ta' wara ma humiex rinnovazzjonijiet tal-lokazzjoni, imma semplicement proroga, ossija kontinwazzjoni, tal-istess unika lokaazzjoni. It-talba ghall-kundanna tal-konvenut biex jikkonsenja c-cwievet fi zmien li jigi prefiss mill-Qorti, u biex jigi l-attur awtorizzat ibiddel is-serratura f'kaz ta' inadempjenza tal-konvenut fit-terminu lilu prefiss, ghandha tigintaxxata bhala tliet artikoli, ladarba dawk it-tliet talbiet ikunu saru u l-Qorti tkun ipprovdiet fis-sentenza fuq kull wahda minnhom, bla ma qalet xejn dwar in-nuqqas ta' utilita' jew necessita' ta'xi wahda jew ohra minnhom. Il-fatt biss li domanda tkun accessorja ghal ohra mhix, wehedha, ragunibizzejjed biex l-ewwel imsemmija domanda ma tigix tassata. Id-drittijiet ghandhom jigu ntaxxati u regolati skond it-Tariffa u l-ligi; u r-Registratur ma jistax jaghmel arrangament diversi dwarhom, sija pure bl-adezjoni tal-partijiet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info