Reference: Volume 43B (1959), Part No. 1, Section , Page 115

Judgement Details


Date
20/02/1959
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
GIUSEPPE GALEA ET. vs OSCAR CALLEJA MANGION NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 60 TAL-KAP. 70 - DJUN TAL-WIRT - TAXXA TAS-SUCCESSJONI
Summary
F'sistema ideali ta' tassazzjoni fuq il-wirt, it-taxxa ma jmisshiex tolqot hlief l-attiv nett tal-assi, cjoe' dak li jibqa' wara li jigi mnaqqas l-ammont kollu tad-djun u pizijiet li jaggravaw l-assi.Imma fil-kamp tal-ligi pozittiva, il-ligi fiskali hafna drabi, ghal skopi evidentement fiskali, tiddiskosta ruhha mill-principji tad-dritt. Hekk, ghar-rigward tat-tnaqqis tad-djun fil-likwidazzjonital-valur tal-assi, ghall-finijiet tat-taxxa, il-ligi taghna, bhal ligijiet ta' pajjizi ohra, tohloq sistema probatorju specjali u rigoruz; billi tezigi illi d-dejn li jista' jitnaqqas ghandu jkun cert u likwidu, ta' data anterjuri ghall-apertura tas-successjoni; u hekk mhux bizzejjed illi d-dejn ikun twieled jew gie nkors qabel dik id-data, imma wkoll li jkun allura cert u likwidu; u ma jigix imnaqqas jekk jigi accertat biss b'sentenza li tinghata wara l-apertura tas-successjoni. Ukoll, hliefghal dawk li huma spejjez tal-funerali u tal-ahhar marda tad-decujus, li dwarhom ghal ragunijiet ovvji l-ligi tikkuntenta li jigu pruvati b'kull mod, basta soddisfacenti, wara l-mewt, mill-bqija, ghar-rigward tad-djun l-ohra kollha, il-ligi tezigi l-forma skritta qabel il-mewt. Ikun, x'ikun, mbghad, it-titolu tad-dejn, anki jekk att publiku, jew skrittura privata, jew dokument iehor, jew kotba tal-kummerc, maghmulin qabel il-mewt, il-Kummissarju tat-Taxxi Interni ghandu d-dritt jissodisfa ruhuilli d-dejn ikun ghadu jezisti fiz-zmien tal-apertura tas-successjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info