Reference: Volume 43B (1959), Part No. 1, Section , Page 317

Judgement Details


Date
22/06/1959
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
VINCENZA SCICLUNA vs GEORGE AZZOPARDI NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1477 U 1474 TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI REDIBITORJA U AZZJONI ESTIMATORJA - BEJGH - VIZZJI OKKULTI
Summary
L-azzjoni estimatorja, bhal dik redibitorja, tigi mill-garanzija li biha l-bejjiegh hu obbligat jaghmel tajjeb ghad-difetti li ma jidhrux tal-haga illi jaghmluha mhux tajba ghall-uzu li ghalieh hi mahsuba, jew li jnaqqsu daqs hekk il-valur taghha illi x-xerrej ma kienx jixtriha, jew kien joffri prezz izghar, kieku kien jaf bihom. Dan ifisser illi, biex ikun hemm lok ghall-azzjoni bazata fuq dik il-garanzija, jehtieg illi d-difett ikun ta' certa gravita' relattivament ghall-haga mibjugha u ghall-prezz imhallas ghaliha. Fil-kaz prezenti, l-attrici kienet xtrat terran u mezzanin fuqu bil-prezzkomplessiv ta' £1800, li kienu ghadhom kif inbnew ghan-negozju; xi erbgha snin wara l-bejgh hija rriskontrat xi difetti fil-madum, u talbet kontra l-venditur ir-rifuzjoni ta' parti mill-prezz minnha mhallas korrispondenti ghall-hsarat li kellha fil-madum. Irrizulta illi, meta saret ic-citazzjoni, il-madum ma kienx fi stat gravi fis-sens li kien jirrikjedi sostituzzjoni immedjata, u li kienu jridujghaddu xi sentejn jew tlieta ohra biex il-madum ikollu jinbidel; f'liema eventwalita' l-ispiza massima kienet tkun ta' £30. U l-Qorti qatghet illi fic-cirkustanzi ma kienx jirrikorri l-vizzju redibitorju kif rikjest mill-ligi biex ikun hemm lok ghall-azzjoni estimatorja; irriteniet illi l-attricikienet takkwista l-fondi xorta wahda kieku kienet taf b'dak id-difett, u li ma kienx jaghmel differenza ghall-prezz anki kieku kienet taf illi hamsa, sitta, jew sebgha snin wara, wara diversi kirjietkien ikollha bzonn taghmel dik l-ispiza reglattivament zghira hafna in proporzjon tal-prezz kollu,biex tbiddel il-madum; u rrespingiet it-talba tal-attrici.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info